Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 7 Ottubru 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Kif tagħmel intervista waqt li tkun impjegat(a)

L-esplorazzjoni tal-għażliet tal-karriera tiegħek ma għandhiex għalfejn issir biss f’okkażjonijiet meta tkun bla xogħol. Madankollu, hemm xi kunsiderazzjonijiet speċjali għall-intervisti meta inti diġà tkun f’impjieg. 

How to interview while employed

Jista’ jkun li inti kuntent(a) bħala impjegat(a) jew qed tfittex mod kif toħroġ mis-sitwazzjoni tax-xogħol attwali tiegħek. Fi kwalunkwe wieħed minn dawn ix-xenarji, int intitolat(a) — u xi drabi mħeġġeġ/mħeġġa — li tara x’hemm fis-suq. Forsi tagħmel dan għal raġunijiet ta’ kurżità. Ilek mal-istess kumpanija jew fl-istess rwol għal żmien twil, u tlift il-kuntatt max-xejriet attwali tas-suq. Jew tista’ tkun xprunat(a) minn ħtieġa aktar urġenti għal bidla, minħabba li tħossok staġnat(a), eżawrit(a), jew tlift il-motivazzjoni fir-rwol attwali tiegħek.

Fi kwalunkwe każ, ma għandekx għalfejn tħossok ħati/ħatja li tagħmel intervista ma’ kumpanija oħra waqt li tkun diġà impjegat(a). Madankollu, jeħtieġ li taderixxi ma’ xi “regoli” li jgħinuk tagħmel l-għażliet it-tajba, tipproteġi s-sitwazzjoni tax-xogħol attwali tiegħek, u tagħmel lilek innifsek importanti għal impjegaturi potenzjali. 

Kun selettiv(a)

Jekk diġà qed taħdem, għandek vantaġġ sinifikanti: l-għażla. Meta ma tkunx anzjuż(a) dwar kif se taqla’ l-għajxien tiegħek, tista’ tkun aktar selettiv(a) dwar l-opportunitajiet li tesplora aktar. Ħu l-ħin biex tiffoka fuq il-kumpaniji u r-rwoli li tħoss li jkunu l-aħjar għalik u taf li ma għandekx għalfejn tattendi kull intervista li tiġi mistieden/mistiedna għaliha jekk tiddeċiedi li l-opportunità ma tallinjax mal-viżjoni u mal-għanijiet usa’ tiegħek. 

Kun dirett(a) dwar l-istatus tal-impjieg attwali tiegħek

Ma hemmx għalfejn taħbi l-fatt li int impjegat(a); għandek kull dritt li tesplora opportunità oħra, dment li tindirizza dan bil-mod it-tajjeb. Madankollu, jeħtieġ li tkun ippreparat(a) għall-mistoqsija inevitabbli: Għaliex trid titlaq mir-rwol attwali tiegħek? Hawnhekk, jeħtieġ li tibbilanċja l-onestà mat-tattika, u dan iwassalna għall-punt li jmiss.

Qatt tiskredita lill-impjegatur jew lill-impjieg attwali tiegħek

Tista’ tħossok tassew miżerabbli fir-rwol attwali tiegħek għal diversi raġunijiet: l-organizzazzjoni tonqos milli tappoġġa l-ħtiġijiet tiegħek; hemm kwistjonijiet serji ta’ komunikazzjoni bejnek u bejn il-maniġer u/jew il-kollegi tiegħek; tħossok li tlift il-motivazzjoni, tinsab imdejjaq/imdejqa jew mgħobbi(ja) żżejjed bix-xogħol. Irrispettivament mis-sitwazzjoni, tittrattax l-intervistatur tiegħek bħala l-persuna ta’ fiduċja tiegħek, bit-tama li jissimpatizza miegħek. Meta jistaqsuk dwar ir-raġunijiet għala qed tfittex b’mod attiv impjieg ieħor, tista’ ssemmi l-affarijiet tajbin li inti ħadt mir-rwol attwali tiegħek, u tesprimi x-xewqa tiegħek li tesplora l-potenzjal tiegħek ulterjorment. B’dan il-mod, tkun qed tħalli impjegatur prospettiv ikun jaf li jekk aktar ’il quddiem tiddeċiedi li ssegwi opportunità oħra, inti se ġġib ruħek bl-istess mod. 

Żomm it-tfittxija tiegħek għal xogħol privata

Taqsamx l-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg tiegħek fl-ambjent tax-xogħol attwali tiegħek, anke mal-kollegi li tikkunsidrahom ħbieb. Jekk l-attivitajiet tiegħek jinkixfu b’xi mod, anke b’mod mhux intenzjonat, tista’ titpoġġa f’pożizzjoni skomda mal-maniġer jew mal-boss tiegħek. Meta tibgħat is-CV tiegħek, agħmel dan permezz ta’ kanali privati.

Ibqa’ preżenti 

Huwa importanti li ma tħallix li t-tfittxija tiegħek għal impjieg tinterferixxi mal-impjieg attwali tiegħek. Skeda l-intervisti għal barra l-ħinijiet tax-xogħol tiegħek u żomm l-attivitajiet ta’ tiftix u tal-applikazzjoni tiegħek għal filgħaxijiet jew għal tmiem il-ġimgħa. Waqt li tkun għadek uffiċjalment ma’ impjegatur, żomm il-kwalità tax-xogħol tiegħek għolja u kompli wettaq dmirijietek bl-istess standard. 

Tluq rispettuż

Fl-aħħar nett, jekk tiddeċiedi li tibdel ir-rwoli, avża lill-impjegatur attwali tiegħek minn qabel sew, u agħmel ċert li titlaq filwaqt li żżomm l-aqwa relazzjoni.

Qed tfittex opportunità ġdida biex tavvanza professjonalment? Ħalli lil EURES jikkonnettjak ma’ miljuni ta’ impjiegi u ma’ eluf ta’ impjegaturi madwar l-Ewropa.

 

Links relatati:

EURES - Affarijiet li għandek tikkunsidra meta tagħmel bidla fil-karriera

Aqra aktar: 

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib il-Konsulenti tal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data dwar l-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.