Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 18 Settembru 2024
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Affarijiet li għandek tikkunsidra meta tagħmel bidla fil-karriera

Qed taħseb biex tibdel id-direzzjoni tal-ħajja professjonali tiegħek? Agħmel it-tranżizzjoni bejn l-impjiegi tiegħek kemm jista’ jkun bla xkiel billi tevita xi ostakli komuni.

Asian male professional packing office belongings in a box

Mhux daqstant ilu, il-perkorsi lineari tal-karriera kienu kkunsidrati n-norma. L-individwi kienu jidħlu fil-qasam magħżul tagħhom u jitilgħu b’mod kostanti s-sellum tal-karriera sakemm ikun wasal iż-żmien li jirtiraw. Dan il-mudell ta’ ħidma issa għadda żmienu; ħafna aktar nies qed ikollhom il-kuraġġ li jisfidaw il-limitazzjonijiet imposti minnhom infushom u jippruvaw rotot differenti, kemm jekk kmieni kif ukoll jekk tard fil-vjaġġ professjonali tagħhom. Xi wħud saħansitra jargumentaw li dan huwa aktar ta’ benefiċċju fit-tul. 

Dawn huma xi affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok jekk qed tikkunsidra bidla fil-karriera.

Ara li jkollok strateġija l-aktar ċara possibbli

Qabel ma tiddeċiedi li tmur fi kwalunkwe post, jeħtieġ li jkollok destinazzjoni f’moħħok. Xi drabi, l-iskattatur għall-bidla fil-karrieri jiġi minn xewqa li ssegwi rotta speċifika; madankollu, ta’ spiss, wieħed iħoss li sempliċement jeħtieġ bidla. 

F’każijiet bħal dawn, ħu ż-żmien biex tagħmel ftit xogħol ta’ riflessjoni. Iffoka mhux biss fuq il-ħiliet tiegħek, iżda wkoll fuq il-valuri, il-prijoritajiet u l-aspirazzjonijiet tal-ħajja tiegħek. Ara li jkollok viżjoni ċara ta’ kif tixtieq li l-kapitlu li jmiss jiżvolġi: tapprezza l-flessibbiltà, il-libertà, l-istruttura? Taħdem aħjar waħdek jew bħala parti minn tim kbir? Dawn il-mistoqsijiet jgħinuk tiffoka fuq karrieri possibbli għalik. 

Agħmel esperjenzja ta’ prova jekk tista’

Ladarba tkun iddeċidejt liema karriera għandek fil-mira, ara jekk tistax tagħmel esperjenza ta’ prova fil-qasam magħżul tiegħek qabel ma timpenja ruħek bis-sħiħ. Tista’ tieħu xi xogħol freelance għall-ewwel? Tivvolontarja? Tagħmel job shadowing ta’ xi ħadd b’aktar esperjenza f’dan is-settur?

Ara li jkollok pjan finanzjarju sod fis-seħħ 

Wieħed mill-fatturi ta’ tfixkil l-aktar komuni matul it-tranżizzjonijiet bejn l-impjiegi huwa n-nuqqas ta’ sigurtà finanzjarja. Il-bidu ta’ karriera ġdida xi drabi jista’ jinvolvi tnaqqis fl-introjtu, jew spejjeż addizzjonali, pereżempju x-xiri ta’ tagħmir ġdid jew il-kopertura tal-ispejjeż tat-taħriġ. Ippjana għal kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja qabel iż-żmien. Bħala regola ġenerali, idealment ikollok bejn tliet xhur u sitt xhur spejjeż tal-għajxien imwarrba qabel ma tbiddel il-karriera.

Sfrutta l-ħiliet trasferibbli tiegħek

Anke jekk il-bidla li qed tagħti bidu għaliha hija radikali meta mqabbla mal-karriera preċedenti tiegħek, x’aktarx se jkun hemm ħiliet li tista’ tittrasferixxi għall-karriera l-ġdida. Il-ħsieb kritiku, l-adattabbiltà, is-soluzzjoni tal-problemi, l-organizzazzjoni, il-kreattività u n-negozjar kollha huma ħiliet applikabbli għal kważi kull settur. Kun ċert li tenfasizzahom fis-CV tiegħek u fl-intervisti, u uri kif dawn huma rilevanti għall-qasam fil-mira tiegħek. 

Uża jew espandi n-network tiegħek

Tissottovalutax is-setgħa li n-network eżistenti tiegħek għandu biex jagħtik imbuttatura ’l quddiem, anke b’modi mhux immedjatament ovvji. Xerred il-kelma li qed tfittex opportunità f’qasam ġdid. Itlob lill-kuntatti tiegħek biex jintroduċuk ma’ oħrajn li bħalissa jinsabu fil-qasam li qed timmira għalih. Agħmel kuntatt ma’ persuni ewlenin fuq siti ta’ networking professjonali u kkuntattjahom direttament. Xi darba jew oħra l-opportunitajiet se jiġu għal dawk li jfittxuhom b’mod attiv.

Fuq kollox, afda l-istinti tiegħek u mur oltre l-biża’

Mhux kulħadd se jaqbel mal-bidla li tixtieq tagħmel, u ħafna se jippruvaw jiskoraġġixxuk minħabba l-biża’ ta’ futur mhux magħruf. Agħtihom widen, iżda ifhem li fl-aħħar mill-aħħar din hija d-deċiżjoni tiegħek. Ladarba tkun ksibt ċarezza dwar il-passjonijiet veri tiegħek, ibqa’ miexi/miexja ’l quddiem u kull dubju jisfa fix-xejn.

 

Lest(a) biex tagħmel tranżizzjoni bejn l-impjiegi? L-opportunità li jmiss tiegħek tista’ tkun fejn trid fl-Ewropa! Żur il-portal tal-EURES u żomm ruħek aġġornat(a) dwar l-aħbarijiet, l-avviżi ta’ postijiet tax-xogħol u informazzjoni utli dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

 

Links relatati:

Wasal iż-żmien għal bidla?Kif tbiddel il-karrieri mingħajr esperjenza

Aqra aktar: 

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.