Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Ir-raġuni vera għaliex in-nies jibqgħu fl-impjiegi tagħhom

Il-pagi aħjar u l-vantaġġi huma l-uniċi fatturi, jew hemm affarijiet oħra? Skopri r-raġunijiet ewlenin għaliex l-impjegati jibqgħu leali lejn il-kumpaniji.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 6 Mejju 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Li tkun taf kif iżżomm it-talent huwa importanti daqs li tkun taf kif tattirah. Fis-suq tax-xogħol kompetittiv tal-lum, il-kumpaniji jistaqsu x’jistgħu jagħmlu biex l-impjegati tagħhom ikunu jridu jibqgħu magħhom. Filwaqt li paga attraenti u vantaġġi bħal ikliet ħfief bla ħlas huma importanti, dawn rarament ikunu l-uniċi fatturi.

Skont l-istatistika reċenti dwar iż-żamma tal-impjegati, il-kultura, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-iżvilupp tal-karriera huma responsabbli għal 69 % tat-tluq. Ejjew nagħtu ħarsa lejn xi wħud mill-kunsiderazzjonijiet ewlenin li jaffettwaw jekk il-ħaddiema jibqgħux mal-kumpaniji tagħhom jew le.

Il-prinċipji fundamentali taż-żamma tal-persunal

Kumpens ġust u benefiċċji jistgħu ma jkunux l-unika ħaġa li impjegat iqis meta jiddeċiedi jekk għandux jibqa’ jew jitlaq, iżda ejja ngħiduha kif inhi, huwa diffiċli li żżomm persunal li jkun jaf li qed jitħallas b’rati li huma inqas mir-rati tas-suq jew li jkun qed jirċievi benefiċċji inadegwati.

Fattur ewlieni ieħor huwa l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. In-nies iridu jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom u jkollhom ukoll biżżejjed ħin biex igawdu attivitajiet oħra li jagħtu tifsira lill-ħajja. Li tibgħat messaġġi lill-impjegati tard bil-lejl u li b’mod kontinwu tassenja kompiti wara l-ħinijiet tax-xogħol u fi tmiem il-ġimgħa huwa mod ċert ta’ kif tikkawża burnout – u fl-aħħar mill-aħħar titlef lill-persunal. Impjegaturi li jridu jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema tagħhom għandhom joffru , arranġamenti tax-xogħol flessibbli u jirrispettaw il-ħin liberu tal-impjegati. Dan mhux biss inaqqas il-burnout, iżda jżid ukoll il-lealtà.

L-impjegati jibqgħu f’impjiegi fejn il-kapijiet tagħhom jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet tagħhom. Il-bonusijiet, il-premjijiet tal-“Impjegat tax-Xahar” u l-inċentivi għall-iżvilupp professjonali jistgħu jgħinu ħafna biex il-ħaddiema jħossuhom apprezzati. Iżda xi drabi kumment f’waqtu bħal “Proset! X’biċċa xogħol tajba għamilt fuq il-proġett!” jista’ jimmotiva lill-impjegati daqs rikonoxximent formali.

L-iżvilupp tal-karriera hija raġuni ewlenija oħra biex wieħed jibqa’ ma’ kumpanija. Mingħajr prospetti ta’ tkabbir, xi darba jew oħra l-impjegati se jfittxu banda oħra. Il-programmi ta' taħriġ u mentoraġġ, l-iżvilupp tal-ħiliet biex il-ħaddiema jiġu megħjuna jadattaw għad-domandi li dejjem jevolvu tal-industrija, iċ-ċaqliq għal rwoli ġodda li jespandu l-ħiliet tal-impjegati u pjanijiet ċari ta' karriera huma kollha strateġiji li juru lill-impjegati li t-tkabbir professjonali tagħhom huwa appoġġat.

Għal ħafna ħaddiema, il-valuri li tħaddan il-kumpanija huma ferm aktar importanti mis-salarju. Meta l-valuri personali tagħhom jallinjaw mal-għanijiet tal-impjegatur tagħhom, il-preġju u s-sens ta’ appartenenza li jħossu jistgħu jkunu akbar mill-offerti ta’ kumpens ogħla minn kumpaniji oħra. Imma l-kliem ma jfisser xejn dment li ma titteħidx azzjoni. Biex tinkiseb il-lealtà tal-impjegati, dawn il-valuri kondiviżi għandhom ikunu viżibbli fit-tmexxija ta’ kuljum tal-kumpanija.

Ambjent tax-xogħol li jġib ’il quddiem is-saħħa bbażat fuq il-fiduċja, ir-rispett, il-kollaborazzjoni u l-inklużività fost il-pari jista’ jkun raġuni b’saħħitha biex wieħed jibqa’. L-impjegaturi jistgħu jibnu kultura pożittiva fuq il-post tax-xogħol billi jorganizzaw attivitajiet ta’ team-building, jagħtu lill-impjegati l-opportunità li jikkondividu l-ideat tagħhom u jiżguraw li kull impjegat – irrispettivament mill-ġeneru, l-etniċità jew l-isfond soċjoekonomiku tiegħu – iħoss li jappartjeni.

Fl-aħħar mill-aħħar, kollox idur madwar tmexxija tajba – li tikkomunika b'mod miftuħ, li tirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u li turi li verament jimpurtak. Min ma jkunx irid jibqa’ ma’ kumpanija fejn ikun apprezzat, irrispettat u ttrattat b’mod ġust?

Għal aktar suġġerimenti dwar kif l-impjegati jħossuhom apprezzati u rrispettati fuq il-post tax-xogħol, aqra l-artiklu dwar postijiet tax-xogħol inklużivi.

 

Links relatati:

It-trawwim ta’ postijiet tax-xogħol aktar inklużivi

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.