Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 16 Jannar 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Bidliet organizzattivi fuq il-post tax-xogħol? Ara kif nistgħu niżguraw li kulħadd joħroġ rebbieħ

Il-bidla hija prerekwiżit għat-tkabbir fi kwalunkwe ambjent. Madankollu, il-bidliet organizzattivi fuq il-post tax-xogħol spiss jitqiesu bħala xi ħaġa negattiva. Huwa f’idejn kemm l-impjegaturi kif ukoll l-impjegati li jagħmlu dawn it-tranżizzjonijiet kemm jista’ jkun bla xkiel.

Organisational changes at work? Here’s how to ensure everyone wins

Il-bidliet fil-politiki, fl-approċċi u fl-istrateġiji tal-kumpaniji, l-alterazzjonijiet fl-offerti tas-servizzi jew tal-prodotti, il-bidliet fil-ġerarkija u fil-persunal, u l-istrutturar mill-ġdid tat-tim huma kollha parti mill-ħajja ta’ organizzazzjoni f’mument jew ieħor, kemm jekk ikunu volontarji kif ukoll jekk ikunu dipendenti fuq forzi esterni. Skont din ir-riċerka, l-organizzazzjoni medja se tgħaddi minn madwar ħames bidliet fl-intrapriża fi tliet snin. Għaldaqstant, il-bidliet fuq il-post tax-xogħol huma inevitabbli, u jaqblilna nidraw din ir-realtà.

Filwaqt li l-antiċipazzjoni għal xi ħaġa ġdida tista’ tkun eċċitanti, il-bidliet fuq il-post tax-xogħol spiss jiġu milqugħa bil-mistoqsija raġonevoli “Kif se niġi affettwat(a)?”, mistoqsija li tgħatti l-ansjetà li dak li jkun ikollu għall-futur. Irrispettivament mill-post tiegħek fl-organizzazzjoni, hemm diversi modi kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mill-perjodi tranżizzjonali, filwaqt li tiżgura li l-konsegwenzi jkunu pożittivi għal kull min ikun involut.

Inti impjegatur?

In-nies iħossuhom komdi b’dak li huma familjari miegħu, u mhux se jgħaġġlu biex jappoġġaw dak li ma jifhmux. Bħala impjegatur, inti responsabbli biex tikkonvinċi lill-persunal tiegħek dwar il-bidla u s-sinifikat tagħha. Kif se tagħmel dan?

  • Ikkomunika s-sitwazzjoni b’mod ċar u spjega r-raġunijiet tal-bidla, kif ukoll kif kulħadd se jiġi affettwat. L-impjegati jridu jkunu kompletament konxji tal-bidliet li qed iseħħu, u l-għarfien għandu jiġi mingħandek u mhux jisimgħu dwaru mingħand ħaddieħor. Dan irawwem fiduċja mill-bidu nett, filwaqt li jneħħi l-inċertezzi.
  • Involvi lill-impjegati tiegħek fil-proċess, u dan juri li l-kontribut tagħhom mhux biss huwa apprezzat, iżda meħtieġ. L-istħarriġ, il-gruppi fokali u l-ġbir ta’ feedback huma għodod tajbin biex il-persunal jiġi involut, u joħolqu kanal bidirezzjonali li jista’ jipprovdi xi informazzjoni intuwittiva tajba.
  • Ipprovdi appoġġ kif u meta jkun meħtieġ. Dan jista’ jinkludi li tipprovdi taħriġ addizzjonali, li tindirizza t-tħassib tal-impjegati, u li tagħti lil kulħadd żmien biżżejjed biex jaġġusta.

Inti impjegat?

Bħala impjegat, spiss se tintalab taċċetta u tadatta għal bidliet li ma jkollok l-ebda kontroll fuqhom. Kif tista’ tinnaviga dawn il-perjodi bl-aħjar mod, u saħansitra tużahom għall-vantaġġ tal-karriera tiegħek?

  • Persuna waħda minn kull tlieta tevita l-bidla konxjament jekk tista’; inti wieħed/waħda minnhom? Mentalità flessibbli u aġli hija ħila kbira li wieħed ikollu fi kwalunkwe każ, iżda f’perjodi tranżitorji din issir saħansitra aktar importanti. Li tħaddan il-bidla b’mod grazzjuż jgħinek tibqa’ rilevanti, jippermettilek tiċċaqlaq faċilment f’oqsma differenti, u jurik li kapaċi tindirizza sitwazzjonijiet differenti.
  • Staqsi mistoqsijiet (u stenna tweġibiet onesti). Filwaqt li maniġment effettiv għandu dejjem iżomm lill-impjegati aġġornati dwar il-bidliet li jkunu qed iseħħu, f’ħafna każijiet ikollok bżonn tkun proattiv(a) u tfittex l-informazzjoni li teħtieġ. Għaldaqstant, tistenniex, staqsi.
  • Ibqa’ pożittiv(a). Il-bidla spiss tkun xi ħaġa tal-biża’, iżda agħtiha ċans, u tista’ ssir l-opportunità għalik biex taġġorna l-perspettiva attwali tiegħek dwar l-impjieg tiegħek, taġġorna l-għanijiet u/jew il-ħiliet tiegħek, u tavvanza f’dak li trid f’kull aspett.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-bidla hija l-uniku mod kif nimxu ’l quddiem, u huwa f’idejna li naraw il-benefiċċji li għandha x’toffrilna. B’komunikazzjoni xierqa, appoġġ u moħħ miftuħ, it-tranżizzjonijiet organizzattivi jistgħu jsiru passi kostanti lejn l-evoluzzjoni u t-tkabbir.

Tmexxija effettiva hija kunċett multidimensjonali, iżda ma għandhiex għalfejn tkun ikkumplikata. Dawn it-tmien suġġerimenti se jgħinuk issir impjegatur aħjar.

 

Links relatati:

Change management. What is the EU doing to help you?

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.