
Meta jkollok ħakma tajba tal-impjieg tiegħek u ssir aktar profiċjenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħek, tkun trid timxi għal xi ħaġa li tippreżentalek aktar sfida u tippermettilek li tkompli
titgħallem. Madankollu, jekk m’għadekx qed issib sfida fl-impjieg attwali tiegħek mhux neċessarjament ifisser li m’għadx hemm ċans li tkompli tikber fl-organizzazzjoni li taħdem magħha. Tista’ tkun kuntent mal-kumpanija, iżda tħoss li wasal iż-żmien li tagħmel progress, f’termini ta’ responsabbiltà u/jew benefiċċji finanzjarji.
Li ssegwi opportunità ta’ avvanz mal-impjegatur attwali tiegħek għandu ħafna vantaġġi kemm għalihom kif ukoll għalik: minn naħa waħda, il-kumpanija diġà hija konxja tal-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-etika tax-xogħol tiegħek.
Jekk għandek diġà sieq ġewwa, tinsab f’pożizzjoni vantaġġuża. Diġa’ taf il-kultura tal-kumpanija, u dan jagħmilha aktar faċli li tadatta għal rwol ġdid fi ħdanha. Barra minn hekk, jista’ jkun li diġà għandek aċċess għal informazzjoni privileġġata dwar il-kariga u l-aspettattivi tagħha, u dan jgħinek tidħol fil-proċess ta’ reklutaġġ b’mod aktar preparat. Hawn taħt hawn xi affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok bħala kandidat intern.
Informa lill-maniġer tiegħek
Meta tapplika għal kariga interna, huwa aħjar li tinforma lill-maniġer tiegħek inti dwar dan milli jisma’ dwarha mingħand ir-riżorsi umani, jew mingħand xi ħadd ieħor fil-kumpanija. Dan se jsaħħaħ il-fiduċja u r-relazzjoni tajba li tkun bnejt matul is-snin u jista’ jkun ukoll opportunità kbira biex tikseb aktar ċarezza dwar il-punti b’saħħithom, id-dgħufijiet u l-għanijiet fit-tul tiegħek billi tiddiskutihom ma’ superjur kwalifikat. Barra minn hekk, jekk issodisfajt id-domandi tal-impjieg attwali tiegħek, il-maniġer tiegħek jaf jgħaddilek kelma tajba u dan jgħin.
Ittratta l-intervista bħal kwalunkwe intervista oħra
Intervista interna għadha valutazzjoni ta’ kemm inti kapaċi timla r-rwol. Anke jekk taf lill-intervistaturi tiegħek, evita li tkun każwali żżejjed magħhom; żomm l-interazzjoni tiegħek pjaċevoli iżda professjonali. Kun fil-ħin, ilbes b’mod xieraq għall-intervista (anke jekk l-atmosfera tal-kumpanija hija aktar rilassata), u kun lest li titkellem dwar il-ħiliet u l-kisbiet tiegħek mingħajr ma tassumi li l-intervistaturi tiegħek se jkunu familjari mal-isfond tiegħek.
Irriċerka r-rwol il-ġdid
Bħala kandidat intern, jista’ jkollok aċċess aħjar għall-informazzjoni ewlenija. Jekk possibbli, staqsi lill-persuna li se titlaq mir-rwol għall-parir tagħha u dwar x’għandek tistenna. Iffamiljarizza ruħek mill-ġdid mal-aspetti tal-kumpanija u l-proċessi tagħha li forsi sirt kompjaċenti dwarhom. Aġġorna lilek innifsek dwar l-aħħar xejriet tal-industrija. Ħu l-ħin biex issir profiċjenti f’teknoloġiji ġodda fil-qasam tiegħek.
Wettaq awtoevalwazzjoni
Qabel ma tiċċaqlaq għal kariga ogħla, trid tkun ċar ħafna dwar il-punti b’saħħithom u l-kisbiet attwali tiegħek, kif ukoll l-oqsma li fuqhom trid tiffoka u ttejjeb. Kun lest li tiddiskuti mhux biss il-punti ewlenin tal-prestazzjoni tiegħek s’issa, iżda wkoll l-azzjonijiet li se tieħu biex tkompli titjieb.
Kun lest li turi għalfejn inti l-persuna t-tajba għall-impjieg
X’valur tista’ toffri lill-organizzazzjoni li kandidat estern ma jistax? Din hija l-mistoqsija ewlenija li l-intervistaturi tiegħek qed ifittxu tweġiba għaliha matul il-laqgħa miegħek. Għinhom billi turihom l-għarfien, il-ħiliet u t-tagħlimiet tiegħek li ksibt fl-impjieg tiegħek s’issa filwaqt li tesprimi l-interess tiegħek fir-rwol u tikkomunika b’mod ċar il-valur li se ġġib lill-kumpanija fil-kapaċità l-ġdida tiegħek.
Inkwetat dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni li jmiss tiegħek fuq il-post tax-xogħol? Aqra l-artiklu tagħna dwar Inneħħu l-ambigwità li teżisti madwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tax-xogħol.
Links relatati:
Affarijiet li għandek tikkunsidra meta tagħmel bidla fil-karriera
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq X
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 17 Ottubru 2025
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles