Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Għaliex lill-impjegaturi jinteressahom min int, u mhux biss x’tista’ tagħmel

Tixtieq tispikka fost dawk kollha li qed ifittxu impjieg? Mela ibni identità personali li turi lill-impjegaturi min int verament

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 20 Frar 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Li ssib impjieg m’għadhiex biss kwistjoni ta’ ħiliet u kwalifiki. Trid jew ma tridx, fis-suq tax-xogħol kompetittiv tal-lum, is-CV tiegħek waħdu mhux se jiftaħlek bibien. X’se jkun li jiftaħhom? Identità personali awtentika – identità ċara li tikkomunika min int, x’tirrappreżenta, u għaliex‌int importanti. Dan jista’ jinħass bħala egotiżmu jew saħansitra narċisiżmu, iżda mhuwiex; huwa strateġija. Huwa l-mod kif tibni l-fiduċja, tattira l-opportunitajiet u ssawwar il-karriera tiegħek fit-tul.

L-arti tar-rakkontar

Allura kif tista’ tagħmel dan? Irrakkonta stejjer awtentiċi li jirriflettu l-valuri tiegħek. Bħalma storja tajba tħallik b’messaġġ importanti, bl-istess mod in-narrattiva professjonali tiegħek – l-esperjenzi personali, il-motivazzjonijiet u l-kisbiet tiegħek – għandha tinkorpora valuri li jiżvelaw min int fil-verità.

Fir-rakkontar tiegħek, iffoka fuq “ir-raġuni” tiegħek. X’jimmotivak biex tagħmel dan ix-xogħol? Xi problema hija importanti għalik li ssolvi? Evita buzzwords ġeneriċi li jintużaw iżżejjed bħal “għandi passjoni għall-ambjent” jew “niffoka fuq ir-riżultati”. Minflok, uri xi trid tgħid permezz ta’ eżempji konkreti: “Mexxejt kampanja fil-kampus biex jinqata’ l-plastik li jintuża darba biss b’60 % fil-kafetterija tagħna.” Uża lingwaġġ sempliċi u ġentili li jmiss lin-nies. Lingwaġġ tekniku korporattiv bħal “Ottimizzajt l-allinjament tal-partijiet ikkonċernati” huwa nieqes mill-aspett uman.

Uża mumenti reali, mhux dawk perfetti. Aqsam xi sfida jew falliment, u dak li tgħallimt minnhom. L-għan mhuwiex li toħloq immaġni perfetta, iżda waħda awtentika. Ikseb feedback mingħand persuni li jafuk. Jekk ma jirrelatawx mal-istorja tiegħek, lanqas l-impjegaturi mhu se jagħmlu hekk. Aġġorna l-istorja tiegħek int u tikber. Il-valuri tiegħek jistgħu jevolvu, speċjalment wara esperjenzi jew rwoli ġodda, u għalhekk irrevediha kull 6 xhur sa 12-il xahar.

L-aktar importanti, kun selettiv(a) f’dak li taqsam. Il-preżenza online tiegħek hija l-verżjoni diġitali ta’ kif tieħu b’idejn in-nies, għalhekk ippowstja b’għan f’moħħok. Aqsam kontenut li jallinja mal-għanijiet u l-valuri professjonali tiegħek. Iżda kun avżat(a): dettalji jew diffikultajiet personali eċċessivi jistgħu jaħdmu kontrik. Jekk dak li qed taqsam iġiegħel lil ħaddieħor iħossu skomdu, dan minflok se jispiċċa jdgħajjef l-immaġni professjonali tiegħek.

Il-konsistenza hija essenzjali

Il-konsistenza bejn il-pjattaformi mhijiex negozjabbli. Kemm jekk hi LinkedIn, Instagram jew portafoll personali, il-messaġġ, it-ton u l-identità viżwali tiegħek għandhom ikunu l-istess. Ikkunsidra li tiġbor żewġ jew tliet stejjer ewlenin li jirriflettu l-valuri tiegħek u tirrepetihom fuq il-pjattaformi kollha tiegħek. Barra minn hekk, aġġorna l-headline tiegħek fuq LinkedIn biex tirrifletti l-fokus attwali tiegħek, u uża l-istess ritratt professjonali fuq il-pjattaformi kollha. Il-varjetà mhijiex l-għan. L-għan huwa li tkun verament int, fuq kull pjattaforma. Dan jibni l-kredibbiltà u r-rikonoxximent.

Ibni r-reputazzjoni tiegħek

Fl-aħħar nett, aħseb fit-tul. L-identità personali tiegħek hija r-reputazzjoni tiegħek – u r-reputazzjoni tieħu ż-żmien biex tinbena. Il-kredibbiltà li tixtieq li jkollok ma tiġix minn post virali waħda, iżda minn involviment sostnut u awtentiku.

Ibda aqsam ħsibijiet, filwaqt li tikkummenta b’mod ikkunsidrat u tikkontribwixxi għal konverżazzjonijiet fil-qasam tiegħek. Maż-żmien, ir-reputazzjoni tiegħek se tippreċedik – u tiftaħ bibien li lanqas biss kont taf li jeżistu.

Ikkuntattja Konsulent tal-EURES biex tirfina l-istorja personali tiegħek (eż. il-ħolqien tas-CV, pariri dwar l-intervisti tax-xogħol), jew ipparteċipa f’Jum Ewropew tal-Impjiegi biex tiżviluppa u turi l-preżenza online tiegħek.

Jekk tixtieq aktar pariri dwar kif tista’ timxi ’l quddiem fid-dinja kompetittiva tax-xogħol, aqra dwar ħames ħiliet personali essenzjali għall-2026.

 

Links relatati:

Ħames ħiliet personali essenzjali għall-2026

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES 

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

 Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.