
F'ħafna każijiet, kumpanija tkun qed tiffaċċja diffikultajiet biex issib il-kandidat it-tajjeb, filwaqt li professjonist kwalifikat f'post ieħor fl-Ewropa jkun lest biex jassumi r-rwol. It-talent qiegħed hemm, id-domanda qiegħda hemm, iżda xi kultant il-konnessjoni ma taħdimx. Għaliex? Għax meta l-ħaddiema jaqsmu l-fruntieri, il-ħiliet tagħhom mhux dejjem jiġu rikonoxxuti immedjatament.
Li tiċċaqlaq lejn pajjiż ġdid għax-xogħol ma jfissirx li għandek terġa’ tibda mill-bidu. Madankollu, ħafna drabi, il-kwalifiki u l-esperjenza miksuba f’pajjiż Ewropew wieħed huma diffiċli biex jiġu vverifikati, imqabbla jew interpretati f’pajjiż Ewropew ieħor. Din il-lakuna fit-“trasferibbiltà tal-ħiliet” hija ostaklu kbir kemm għall-persuni li qed ifittxu impjieg li jridu opportunitajiet ta' karriera kif ukoll għall-impjegaturi li qed ifittxu talent.
Ninnavigaw il-labirint tar-rikonoxximent
Żewġ rapporti reċenti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) – aġenzija tal-UE li tiffoka fuq it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, il-ħiliet għall-karriera u l-edukazzjoni – jgħinu biex jiġi identifikat x’qed ifixkel it-trasferibbiltà tal-ħiliet. Wieħed mill-ostakli ewlenin huwa l-kumplessità u l-inkonsistenza. Ir-regoli dwar ir-rikonoxximent għall-kwalifiki vokazzjonali jvarjaw ħafna minn pajjiż għall-ieħor. F'xi postijiet, il-proċess huwa sempliċi; f'oħrajn, huwa labirint ta' istituzzjonijiet differenti u proċeduri mhux ċari. Dan huwa partikolarment il-każ għal professjonijiet mhux regolati, fejn it-trasparenza spiss tkun l-aktar baxxa. Jekk impjegatur ma jkunx jista’ jivverifika malajr il-valur tal-kwalifika barranija ta' persuna li qed tfittex impjieg, jaf jaħsibha darbtejn biex jimpjegaha, u dan iwassal għal spariġġ fil-ħiliet fejn persuni kwalifikati jispiċċaw sottoimpjegati.
Niġġieldu l-iskonnessjoni diġitali
It-tieni ostaklu huwa l-frammentazzjoni diġitali. Filwaqt li ħafna pajjiżi qed jibnu bażijiet tad-data diġitali u jagħtu kredenzjali diġitali, dawn is-sistemi mhux dejjem jaħdmu flimkien mingħajr xkiel. Xi ħadd jista' jkollu ċertifikat diġitali mill-pajjiż ta' oriġini tiegħu, imma jekk l-impjegaturi f'pajjiż ieħor ma jistgħux jivverifikawh malajr, jista' ma jiġix rikonoxxut b'mod sħiħ. Kif josserva s-Cedefop, aħna ninqalgħu biex nagħtu kredenzjali diġitali, imma mbagħad insibuha diffiċli biex nivverifikawhom lil hinn mill-fruntieri. Mingħajr għodod diġitali affidabbli u interoperabbli, il-mod ta’ kif tagħti prova tal-ħiliet tiegħek jibqa’ kumplikat bla bżonn.
Allura kif nistgħu nneħħu dawn l-ostakli? Huwa hawnhekk li jidħol il-EURES. Filwaqt li jeżistu inizjattivi usa’ tal-UE bħall- Inizjattiva dwar it-Trasferibbiltà tal-Ħiliet li jmiss għall-armonizzazzjoni tar-regoli u għall-konnessjoni bejn is-sistemi diġitali, il-EURES qiegħed hawn biex jgħinek tinnaviga x-xenarju attwali llum.
Għall-persuni li qed ifittxu impjieg, network ta’ Konsulenti tal-EURES fl-Ewropa kollha jista’ jiggwidak fil-proċess u jidderiġik għand l-awtoritajiet rilevanti li jivvalutaw u jirrikonoxxu l-kwalifiki miksuba barra mill-pajjiż. Huma jistgħu jiggwidawk ukoll dwar kif tippreżenta l-ħiliet tiegħek – kemm formali, mhux formali jew informali – sabiex tkun ippreparat(a) aħjar biex tfittex l-impjieg tiegħek. Barra minn hekk, billi toħloq profil fuq il-portal tal-EURES, tista’ turi l-ħiliet tiegħek b’mod standardizzat, u b’hekk tagħmilha aktar faċli għall-impjegaturi fil-kontinent kollu biex isibu u jifhmu l-kwalifiki tiegħek.
Għall-impjegaturi, il-Konsulenti tal-EURES jistgħu jipprovdu gwida dwar ir-reklutaġġ minn barra l-pajjiż, jgħinuk tinnaviga mistoqsijiet relatati mal-kwalifiki miksuba f’pajjiżi oħra, u jappoġġawk matul il-proċess ta’ reklutaġġ transfruntier.
Il-futur tax-xogħol fl-Ewropa huwa mobbli, u huwa għalhekk li huwa essenzjali li jingħelbu l-ostakli enfasizzati fiż-żewġ rapporti tas-Cedefop dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kredenzjali diġitali. Fil-frattemp, jekk tixtieq tibqa’ pass ’il quddiem, aqra d-dokumenti kollha li se jkollok bżonn meta tmur tgħix barra minn pajjiżek.
Links relatati:
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
Inizjattiva dwar it-Trasferibbiltà tal-Ħiliet
Recognition and validation of foreign VET qualifications in Europe
Digital tools for the portability of learning outcomes
Se tmur tgħix barra minn pajjiżek? Ħejji d-dokumenti tiegħek
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
- Data tal-pubblikazzjoni
- 2 Settembru 2026
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
- Taħriġ EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Is-Servizzi tal-EURES
- EURES Targeted Mobility Scheme
- Europass
- Għajnuna u appoġġ
- Ideat u Suġġerimenti
- Informazzjoni dwar is-Suq tax-Xogħol
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles