Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Persuni li qed tfittxu impjieg kunu afu d-drittijiet tagħkom fl-era tar-reklutaġġ bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali

L-intelliġenza artifiċjali qed ikollha rwol akbar fir-reklutaġġ, iżda l-liġijiet jipproteġuk. Hawn issib dak li għandek bżonn tkun taf.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 27 Awwissu 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari
Jobseekers know your rights in the age of AI hiring

 

L-Ewropa teħtieġ l-aqwa talent, u l-impjegaturi jridu ħaddiema ta’ kwalità għolja – l-aktar persuna adattata għall-impjieg – malajr u b’mod kosteffiċjenti. Għalhekk, minħabba din l-urġenza, mhijiex sorpriża li aktar u aktar kumpaniji qed jużaw l-intelliġenza artifiċjali fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom. Mill-iskrinjar tas-CV sal-intervisti, l-intelliġenza artifiċjali tista’ tissimplifika kull stadju, tnaqqas iż-żmien ta’ reklutaġġ u tagħmel il-proċess kollu aktar kosteffettiv.

Iżda hemm żvantaġġ għar-reklutaġġ xprunat mill-intelliġenza artifiċjali, kif ġie enfasizzat minn post fuq Instagram riċenti. Jiddeskrivi kif persuna li qed tfittex impjieg minn Vjenna ħasset ruħha “diżumanizzata” minn intervista bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali.

L-UE tieħu azzjoni fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali

Dan it-tħassib mhuwiex limitat għall-Awstrija, u hu għalhekk li l-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali jikklassifika l-użu tal-intelliġenza artifiċjali f’deċiżjonijiet ta’ impjieg bħala “riskju għoli”. Minħabba l-adozzjoni dejjem tikber tal-intelliġenza artifiċjali fir-riżorsi umani min-negozji fid-dinja kollha (39 % sa tmiem l-2025), l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali jindirizza r-riskji billi jintroduċi regoli li jgħinu biex l-użu tagħha ssir aktar trasparenti u responsabbli.

Skont l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali:

  • L-ebda għodda tal-intelliġenza artifiċjali ma tista' tieħu d-deċiżjonijiet finali dwar ir-reklutaġġ mingħajr l-involviment ta’ persuna kwalifikata.
  • L-użu tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġu inferiti l-emozzjonijiet, il-livelli ta’ stress jew il-karatteristiċi tal-personalità u biex jingħataw punteġġi numeriċi lin-nies huwa pprojbit.
  • Mit-2 ta’ Awwissu 2026, il-kumpaniji li jużaw l-għodod tal-intelliġenza artifiċjali għar-reklutaġġ, għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni jew għal deċiżjonijiet oħra dwar l-impjiegi jridu jivverifikaw regolarment jekk ikunx hemm riskji għas-sigurtà u preġudizzju, iżommu reġistri tekniċi dettaljati, jiżguraw is-sorveljanza mill-bniedem u t-trasparenza, u jimmonitorjaw kontinwament is-sistemi tagħhom.
  • L-obbligi japplikaw mhux biss għall-fornituri ta’ dawn is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali, iżda wkoll għan-negozji li jużawhom.
  • Dawn ir-regoli japplikaw anke għal kumpaniji mhux tal-UE, jekk is-sistema tal-intelliġenza artifiċjali tagħhom tintuża jew taffettwa lin-nies fl-UE.

Rigward il-kandidat minn Vjenna, hawn hu dak li mar ħażin matul il-proċess ta' intervista bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali:

  • L-intelliġenza artifiċjali interrompiet lill-kandidat intervistat b’mod ripetut, qabżet għall-mistoqsija li jmiss u kompliet bil-mistoqsijiet anke meta ntalbet tmur lura.
  • Meta l-persuna li qed tfittex impjieg waqfet saħansitra ftit sekondi waqt li kienet qed twieġeb, xi drabi s-sistema qieset din bħala tweġiba kompluta.
  • Kien hemm żbalji fit-traskrizzjoni tal-intervista.
  • Minflok ma wieġbet għall-mistoqsijiet tal-applikant, l-intelliġenza artifiċjali sempliċement qrat il-paġna “Dwarna” tal-kumpanija.

Madwar kumpanija waħda minn kull erba’ kumpaniji biss kienet bdiet it-tħejjijiet għar-rekwiżiti stretti tal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali għal sistemi tal-intelliġenza artifiċjali b’riskju għoli. Hekk kif l-intelliġenza artifiċjali ssir dejjem aktar komuni fil-proċess ta' reklutaġġ, huwa għalhekk importanti li tiftakar li għandek id-dritt li:

  • tkun infurmat(a) minn qabel dwar l-użu tagħha u r-rwol li għandha fid-deċiżjoni dwar ir-reklutaġġ tal-kumpanija;
  • titlob li persuna tirrieżamina d-deċiżjoni ta’ reklutaġġ;
  • ma jkollokx l-espressjonijiet ta’ wiċċek, it-ton tal-vuċi jew il-lingwaġġ tal-ġisem analizzati mill-intelliġenza artifiċjali waqt intervista; u
  • tkun taf liema data qed tinġabar u, f’ħafna każijiet, li titħassar ladarba jintemm il-proċess ta’ reklutaġġ.

F’suq tax-xogħol li kull ma jmur qed isir dejjem aktar xprunat mill-intelliġenza artifiċjali, il-EURES ikompli joffri appoġġ uman permezz tan-network tiegħu ta’ konsulenti mħarrġa, li jistgħu jipprovdu informazzjoni u gwida dwar kwistjonijiet prattiċi, legali u amministrattivi relatati mal-għajxien u x-xogħol fl-Ewropa kollha.

Fil-frattemp, l-intervisti online se jibqgħu jintużaw, għalhekk agħmel l-almu kollu tiegħek għal dak l-istadju finali billi taqra dwar xi suġġerimenti biex jiġu indirizzati l-intervisti mill-bogħod.

 

Links relatati:

Post fuq Instagram “Daily Austrian News”

EU AI Act

The State of AI in HR 2026

AI Hiring Tools at Risk: 6 Critical EU AI Act Compliance Steps Every HR Leader Must Take (2026)

Chat ma’ Konsulenti tal-EURES

Ir-“regoli” l-ġodda tal-intervista remota

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

 

Data tal-pubblikazzjoni
27 Awwissu 2026
Awturi
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.