Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 30 Jannar 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Qed tfittex dar fejn toqgħod fl-UE? Dawn huwa minn fejn għandek tibda

Se tmur tgħix xi mkien ieħor minħabba xogħol u qed tfittex fejn toqgħod? Iċċekkja l-lista ta’ kontroll tagħna biex tkun ċert li ssib l-aħjar post fejn tista’ toqgħod.

House-hunting in the EU? Here’s where to start

Ir-regolamenti dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol fl-UE għamlu l-proċess li wieħed jiċċaqlaq bejn is-27 Stat Membru tal-UE faċli. Jekk qed tippjana li tmur tgħix xi mkien ieħor minħabba xogħol, li ssib fejn toqgħod huwa waħda mill-ewwel affarijiet li trid tagħmel. 

Biex issibha aktar faċli li torjenta ruħek fix-xenarju tal-proprjetà immobbli f’pajjiż barrani, dawn huma xi punti li għandek iżżomm f’moħħok.

Żona

L-għażla ta’ fejn se tgħix għandha mnejn tkun waħda ta’ sfida, speċjalment jekk ma tkunx familjari mal-pajjiż li se tittrasferixxi ruħek fih. Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu kemm int lest li tgħix ’il bogħod minn fejn taħdem, kemm jinsabu viċin l-iskejjel u l-mezzi tat-trasport pubbliku, jekk għandekx tfal, ir-reputazzjoni/is-sikurezza tal-viċinat, u l-aċċess għal faċilitajiet importanti għalik (eż. ġinnasju, park, ċentru kummerċjali).

Prezzijiet

Ħafna drabi, il-prezz ikun fattur deċiżiv fiż-żona li tagħżel. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, il-prezzijiet tal-kera fl-ibliet il-kbar huma ħafna ogħla. Ħu pereżempju l-Finlandja. Meta wieħed iqabbel l-għoli tal-ħajja fil-belt kapitali, Helsinki, ma’ dak f’Turku, belt aktar provinċjali, hemm differenza ta’ kważi 33 % (EUR 1 036.58 għal appartament b’kamra tas-sodda waħda f’Helsinki ċentrali meta mqabbel ma’ EUR 696.27 għall-istess tip ta’ appartament f’Turku).

Barra minn hekk, huwa magħruf li ċ-ċentri tal-bliet huma aktar għaljin miż-żoni suburbani. Fi Spanja, il-prezz tal-kiri għal appartament b’kamra tas-sodda waħda fil-periferija huwa ta’ EUR 400-900. F’żona ċentrali, dawn il-prezzijiet għandhom imnejn jiżdiedu b’25 %.

Tip ta’ akkomodazzjoni

Skont l-okkupazzjoni tiegħek, għandek imnejn tkun eliġibbli għal akkomodazzjoni permezz tal-impjegatur tiegħek. Pereżempju, l-Istitut Universitarju Ewropew, joffri akkomodazzjoni lil akkademiċi u lil persunal amministrattiv fuq bażi ta’ 12-18-il xahar. L-akkomodazzjoni “marbuta” jew il-kiri korporattiv qed jieħdu spinta wkoll, b’aġenziji bħall-ukio, fornom u NORDICTA li joffru għażliet li għandhom imnejn ikunu vantaġġużi f’termini ta’ prezzijiet. Kun ċert li tiċċekkja mal-impjegatur tiegħek jekk il-kumpanija hijiex parti minn ftehim bħal dan.

Tikri jew tixtri?

Din hija deċiżjoni personali li tiddependi minn ħafna fatturi. Jekk taf li mhux se tiċċaqlaq għal żmien qasir biss u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tippermettilek dan, għandek imnejn tagħżel li tixtri proprjetà minflok tikri. Illum il-ġurnata trid aktar flus biex tixtri dar, peress li r-rati tal-imgħax u l-inflazzjoni għadhom għoljin. Madankollu, ix-xiri ta’ dar huwa investiment sinifikanti fit-tul li jista’ jagħmel sens fis-sitwazzjoni tiegħek. Jekk tiddeċiedi li tixtri, ikkunsidra dan li ġej: 

  • Fittex parir espert. Pereżempju, avukat tal-proprjetà immobbli, jgħinek tfittex proprjetà f’suq barrani b’mod sikur.
  • Ara x’għażliet ta’ ipoteka għandek disponibbli. L-għajnuna ta’ konsulent finanzjarju b’esperjenza hija, għal darb’oħra, kruċjali. 
  • Esplora l-għażliet ta’ appoġġ tiegħek. F’xi pajjiżi għandhom imnejn ikunu disponibbli għotjiet għall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjonijiet. 

L-ittri rqaq

Jekk tiddeċiedi li tikri, qabel ma tiffirma xi ftehim ta’ kiri, ħu parir mingħand xi ħadd li jaf is-suq lokali u li jgħinek tevita li taqra ħażin kuntratt. Il-liġijiet dwar il-kera huma differenti bejn il-pajjiżi. Fil-Greċja, pereżempju, normalment ikun meħtieġ depożitu ta’ kera ta’ xahrejn, filwaqt li fi Franza d-depożitu huwa ekwivalenti għal kera ta’ xahar. Fl-Awstrija, il-ftehimiet ta’ kiri jistgħu jkunu indefiniti jew għal terminu fiss (it-terminu minimu għal dawn tal-aħħar huwa ta’ 3 snin). Fil-Belġju, il-kirjiet kollha huma limitati fiż-żmien, u jistgħu jkunu jew fit-tul (9 snin jew aktar) jew għal żmien qasir (3 snin jew inqas). 

Għal għajnuna u pariri dwar ir-residenza, idħol hawnhekk

Lest biex tiċċaqlaq barra mill-pajjiż imma qed issibha diffiċli biex tagħmilha? Toqgħodx lura milli tikkuntattja lil Konsulent tal-EURES li jiggwidak f’kull pass tal-proċess.

 

Links relatati:

L-Ewropa Tiegħek - Residenza

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) 

Aqra aktar: 

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.