Jekk qed tipprova tirrekluta ħaddiema fuq livell nazzjonali, tista’ ssib kandidati minn madwar 31 pajjiż Ewropew permezz tan-network tal-EURES.
Il-Konsulenti tal-EURES se jgħinuk b’soluzzjonijiet li jista’ jkollok bżonn biex issib ħaddiema u tirrekluta barra mill-pajjiż, qabel, matul u wara r-reklutaġġ. Firxa komprensiva ta’ servizzi disponibbli tindirizza kull aspett tal-għajxien u tax-xogħol barra mill-pajjiż, li fil-parti l-kbira huma mingħajr ħlas.
Pereżempju, tista’ ssib l-aħjar kandidati minn fost riżerva minn madwar l-Ewropa kollha, tipparteċipa f’avvenimenti ta’ reklutaġġ transnazzjonali, tikseb assistenza ffinanzjata biex tintegra l-ħaddiem, u tirċievi servizzi ta’ wara r-reklutaġġ. Ara l-buttuni ta’ hawn taħt.
Servizzi oħra biex issib kandidati

Oħloq il-kont personali tiegħek u bbrawżja fil-bażi tad-datali fiha 1 miljun CV.

Sib modi kif tirreklama l-postijiet tax-xogħol vakanti tiegħek. Għandek diversi għażliet għad-dispożizzjoni tiegħek.

Li ssib ħaddiema minn pajjiż Ewropew ieħor jista’ jkun kompitu diffiċli jekk tkun għadek qatt ma ppruvajt tagħmel dan qabel. X’għandek tagħmel biex tibda? X’għandek tikkunsidra? Min jista’ joffrilek għajnuna u appoġġ?

Qed tfittex li timpjega nies bi profil speċifiku u qed issib diffikultà biex issibhom f’pajjiżek? Taħseb li tim Ewropew multikulturali jista’ jagħti lin-negozju tiegħek vantaġġ importanti?
Aħbarijiet riċenti tal-EURES għal min iħaddem

L-EURES, in-network Ewropew li jappoġġa lin-nies u lill-impjegaturi biex jikkonnettjaw bejn il-fruntieri, u li jibdel il-mobbiltà tax-xogħol f’opportunità reali għal kulħadd, fl-2024 għalaq 30 sena. Dokumentarju ġdid jiċċelebra dan l-istadju importanti.

L-investiment fin-nies huwa l-aħjar mod kif jittejbu l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u jgħin lill-UE tibqa’ kompetittiva. Skopri kif inizjattiva Ewropea għall-ħiliet se tagħti spinta lill-kwalità tat-talenti u tegħleb l-ostakli għall-impjiegi.

Li ssib – jew tħarreġ – il-persuna t-tajba għall-impjieg jista’ jgħin biex tingħata spinta lill-produttività fi żmien li fih ħafna mill-impjegaturi Ewropej qed isibuha diffiċli biex jirreklutaw.