Biex tikseb aċċess għall-karatteristiċi kollha relatati ma’ impjegatur fuq il-portal tal-EURES bħat-tiftix għal kandidati, għandek tkun assoċjat(a) ma’ kont tal-impjegatur. Tista’ jew toħloq il-kont tal-impjegatur tiegħek stess u timmaniġġjah inti (bħala “maniġer tal-kont tal-impjegatur”) jew tista’ tiżdied bħala kuntatt ma’ kont tal-impjegatur eżistenti (bħala “kuntatt tal-impjegatur”).
Jekk jogħġbok kun af li fiż-żewġ każijiet teħtieġ kont tal-EU Login marbut mal-indirizz tal-email personalizzat professjonali tiegħek, u mhux mal-indirizz tal-email privat tiegħek jew ma’ kaxxa postali funzjonali bħal info@ jew recruitment@. (Ikklikkja hawn biex toħloq il-kont tal-EU login tiegħek.)
Maniġer tal-kont tal-impjegatur:Oħloq il-kont tal-impjegatur tal-EURES tiegħek billi tipprovdi d-dettalji tal-kumpanija tiegħek, bħan-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali, l-indirizz reġistrat legalment, eċċ. Kull applikazzjoni tiġi skrinjata individwalment biex tiġi żgurata l-ġenwinità. Se tintbagħatlek email ta’ notifika meta r-reġistrazzjoni tiegħek tkun ġiet ipproċessata. Dan għandu jsir fi żmien 3 ijiem xogħol. Kun af li għal raġunijiet ta’ sigurtà tad-data, aħna naċċettaw biss impjegaturi individwali – l-ebda grupp, kumpanija umbrella jew alleanza ta’ kumpaniji. | Kuntatt tal-impjegatur:Biex issir kuntatt tal-impjegatur marbut ma’ kont eżistenti tal-impjegatur tal-EURES, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-maniġer tal-kont tal-impjegatur tal-EURES, li se jkun jista’ jistiednek. Jekk ma tafx min huwa l-maniġer tal-kont tal-impjegatur tal-EURES tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-EURES, li jista’ jikkuntattja lill-maniġer tal-kont tal-impjegatur f’ismek. Bħala kuntatt tal-impjegatur, se jkollok aċċess għall-karatteristiċi kollha tal-impjegatur bħat-tiftix għall-kandidati, iżda mhux se tkun tista’ teditja d-dettalji tal-kont tal-impjegatur. |
Jekk diġà għandek kont ta’ kuntatt tal-impjegatur tal-EURES u tixtieq issir maniġer tal-kont tal-impjegatur tal-EURES, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-EURES.