
Wara li tfittex, tapplika, u tipparteċipa f’xi ftit intervisti stressanti, l-impjieg il-ġdid tiegħek barra minn pajjiżek qed jistenniek, u inti ħerqan(a) li tmur. Hemm biss ħaġa waħda li qed ittelliflek l-eċċitament, u dan huwa l-fehim tiegħek tal-lingwa lokali. Ejja ngħiduha kif inhi: qatt ma tieħu gost tipprova tinnaviga inħawi strambi meta bilkemm tifhem xi ħaġa lil hinn mill-ekwivalenti ta’ iva, le, u bonġu.
Iżda llum il-ġurnata kulħadd jitkellem bl-Ingliż!
Stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2024 wera li nofs il-popolazzjoni Ewropea titkellem bl-Ingliż bħala t-tieni lingwa. Bħala turisti, nistgħu ninqdew bl-Ingliż fil-biċċa l-kbira tal-postijiet madwar id-dinja.
Madankollu, jekk se tmur tgħix għal żmien twil f’pajjiż ieħor, li titkellem il-lingwa lokali hija prerekwiżit għal integrazzjoni bla xkiel fl-ambjent il-ġdid. Kompiti ordinarji bħal meta tmur tixtri l-merċa, tordna l-ikel, jew titlob servizz isiru inqas stressanti. It-taħdit ma’ persuni f’sitwazzjonijiet soċjali jew fuq il-post tax-xogħol isir aktar faċli. Anke jekk qed taħdem ma’ korporazzjoni multinazzjonali fejn l-Ingliż huwa l-lingwa tax-xogħol, ħafna mill-kollegi tiegħek bla dubju huma ċittadini lokali. Il-fehim tal-lingwa juri rispett għall-kultura lokali u jagħmillek il-ħajja ħafna aktar faċli b’diversi modi.
Allura, x’tista’ tagħmel biex tissopravvivi dawk l-ewwel xhur sakemm issir aktar fluwenti?
Qabel ma tasal...
- Ibda bil-punti bażiċi. Jekk għandek biżżejjed ħin qabel ma tiċċaqlaq, fittex kors organizzat li jikkorrispondi mal-livell attwali tal-għarfien tiegħek. Konsulent tal-EURES jew l-ambaxxata jew il-konsulat lokali jistgħu jgħinuk issib kors li jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħek.
- Agħżel xi wħud mill-ħafna riżorsi online u apps tal-lingwa. Italki, Duolingo u Babbel huma biss ftit mill-bosta għażliet li hemm, li jipprovdu tagħlim bir-ritmu li huwa l-aktar konvenjenti għalik.
Ladarba tasal fid-destinazzjoni tiegħek...
- Agħmel impenn ta’ ftit sigħat fil-ġimgħa għal tagħlim sistematiku. Se ssib korsijiet xierqa għal-livell u l-ħtiġijiet tiegħek fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE. Fl-Iżvezja, pereżempju, l-iskema “Free Tuition for Immigrants” (Tagħlim Bla Ħlas għall-Immigranti) toffri korsijiet għall-barranin, b’mod ġenerali l-Iżvediż, kif ukoll korsijiet speċjalizzati mfassla għall-ħtiġijiet tax-xogħol tiegħek. SI Studiare Italiano joffri varjetà ta’ korsijiet f’diversi postijiet fl-Italja. Għal aktar gwida, ikkuntattja Konsulent tal-EURES.
- Issoċjalizza man-nies tal-lokal. Ingħaqad ma’ klabb, attendi avvenimenti bil-lingwa lokali, u approfitta minn kull opportunità biex tipprattika l-ħiliet verbali tiegħek. Ibda konverżazzjonijiet, staqsi mistoqsijiet, u tkellem. Tinkwetax li se tagħmel l-iżbalji; in-nies tal-lokal japprezzaw l-isforz tiegħek biex tikkomunika bil-lingwa tagħhom u jkunu aktar milli lesti li jgħinuk.
- Involvi ruħek b’mod attiv fil-kultura lokali. Żur it-teatru, ara programm televiżiv jew film bil-lingwa lokali, aqra l-aħbarijiet online.
- Agħmel użu mill-għajnuna ta’ app tat-traduzzjoni tal-vuċi istantanja bħal Notta, iTranslate, jew Microsoft Translator. Din se tgħinek f’mumenti skomdi meta teħel.
- Fl-aħħar nett, kun paċenzjuż(a) Il-ħakma ta’ lingwa ġdida teħtieġ sforz u tista’ tkun sors ta’ eżasperazzjoni xi drabi. Taqtax qalbek, u l-kunfidenza u l-ħiliet tiegħek se jiżdiedu minn jum għal jum.
Aqra dwar l-esperjenzi ta’ oħrajn li fittxew xogħol barra mill-pajjiż bl-appoġġ tal-EURES:
Mir-Rumanija għall-Awstrija: kif ħaddiem tal-barriera mar jgħix f’pajjiż ieħor għal impjieg ġdid
Minn Spanja sal-Iżvezja: Kif il-EURES biddel il-ħajja ta’ ħaddiem li jaħdem fit-turiżmu
Links relatati:
Ikkuntattja Konsulent tal-EURES
Aqra aktar:
Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq X
Il-EURES fuq LinkedIn
Il-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Frar 2025
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Is-Servizzi tal-EURES
- Għajnuna u appoġġ
- Ideat u Suġġerimenti
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles