Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 29 Novembru 2024
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 5 min qari

Tliet modi kif l-organizzazzjonijiet tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet soċjali tal-UE jattiraw u jżommu l-persunal

L-ewwel minn serje ta’ tliet artikli ibbażat fuq rapport tal-Aġenzija tal-UE jesplora s-sejbiet tagħha dwar kif l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa tal-UE jirnexxielhom jirreklutaw u jżommu l-persunal.

Three ways EU health and social organisations attract and retain staff

Rapport reċenti tal-Eurofound intitolat “Miżuri biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema: tagħlimiet għall-politika futura”, jindika li s-settur tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali huwa wieħed mis-setturi tal-UE bl-aktar nuqqas ta’ ħaddiema strutturali sinifikanti. Skont ir-rapport, il-pressjonijiet eżistenti fuq il-forza tax-xogħol li jirriżultaw minn popolazzjonijiet li qed jixjieħu marru għall-agħar matul il-pandemija tal-COVID-19, u wasslu għal pressjoni biex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tal-paga u tax-xogħol.

Aħna nqisu kif l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa f’varjetà ta’ Stati Membri tal-UE indirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet f’dan is-settur. L-ogħla rati ta’ postijiet battala jinsabu fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fl-Iżvezja. Fil-Bulgarija, fir-Rumanija u fi Spanja, ir-rati ta’ postijiet vakanti huma ogħla mill-medja nazzjonali għas-setturi kollha.

Żieda fil-pagi

  • Ir-Rumanija: introduzzjoni ta’ żidiet fil-pagi. Fl-2018, il-gvern Rumen żied il-pagi tat-tobba u tal-infermiera għall-ammont li kien antiċipat qabel għall-2022. Dan ifisser li l-pagi netti tat-tobba żdiedu b’131% u l-pagi tal-infermiera b’65% f’sena. B’riżultat ta’ dan, u ta’ espansjoni fil-postijiet ta’ residenza fl-isptarijiet, l-għadd ta’ tobba li jaħdmu fis-settur pubbliku Rumen kiber u l-proporzjon ta’ tobba li qed jippjanaw li jaħdmu xi mkien ieħor fl-Ewropa naqas minn 69% għal 24%. Madankollu, l-ammont ta’ xogħol u l-kwistjonijiet soċjali baqgħu fattur għat-tobba li kienu qed jippjanaw li jiċċaqalqu – u l-pagi għall-infermiera.
  • Il-Latvja: pagamenti biex wieħed jidħol għal impjiegi reġjonali fil-qasam mediku. Inċentivi ta’ darba b’valur ta’ salarju ta’ 5 xhur – flimkien ma’ pagamenti addizzjonali għall-membri tal-familja u, f’xi każijiet, appoġġ muniċipali għad-djar – ġew offruti lill-persunal speċjalizzat li ħa impjiegi barra mill-belt kapitali tal-Latvja Riga għal mill-anqas 5 snin. L-iskema tal-Ministeru tas-Saħħa attirat 1 151 tabib u 184 membru tal-persunal mediku ta’ emerġenza għal rwoli rurali – it-tnejn taħt il-mira. Filwaqt li l-inċentivi kienu ta’ għajnuna, livell għoli ta’ burokrazija u servizzi reġjonali batuti, inkluża l-edukazzjoni, għamlu l-offerta anqas attraenti.

Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

  • Il-Ġermanja: kundizzjonijiet u pagi aħjar. L-iskema Konzertierte Aktion Pflege (KAP – Azzjoni Konċertata dwar il-Kura) immexxija mill-ministeri tal-gvern u mill-partijiet ikkonċernati bejn l-2019 u l-2023 kellha l-għan li tirrekluta u żżomm persunal fil-qasam tal-kura billi ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-pagi u tax-xogħol, inkluż li jkun hemm b’mod konsistenti aktar persunal f’ambjenti ta’ kura u fokus fuq it-taħriġ u l-kwalifiki. Fil-kura ġerjatrika, bejn l-2017 u l-2020, il-pagi żdiedu b’medja ta’ 15%, u nħolqu għexieren ta’ eluf ta’ postijiet ġodda għall-ħaddiema b’ħiliet u assistenti, appoġġati mill-finanzjament għall-indukrar tat-tfal u l-kura tal-anzjani. L-impjegaturi huma appoġġati biex jirreklutaw persunal magħmul minn refuġjati u migranti permezz tal-Att dwar l-Immigrazzjoni tal-Ħaddiema b’Ħiliet. Madankollu, għad hemm nuqqas, u fl-2021 kienet meħtieġa medja stmata ta’ 195 jum biex jimtela post battal fil-qasam tal-kura. Il-Ministeru Federali tax-Xogħol jistma li se jkun hemm 120 000 ħaddiem biex jimlew 150 000 post bejn l-2020 u l-2025.

Użu tal-ħaddiema eżistenti b’mod aktar effettiv

  • Spanja: appoġġ għal tobba bi problemi ta’ saħħa. Il-programm Integrat tal-Kura tas-Saħħa għal Tobba Morda (PAIME) joffri appoġġ kunfidenzjali lit-tobba bi problemi ta’ saħħa u saħħa mentali. Il-persunal jiġi offrut servizzi mediċi, soċjali, legali u servizzi oħra ta’ appoġġ, b’xi wħud jistgħu jkomplu jaħdmu matul il-proċess kollu. Id-data tissuġġerixxi li 80% tal-parteċipanti jerġgħu lura għax-xogħol wara. Aktar minn 5 000 baqgħu jaħdmu minn meta fl-1998 ġie stabbilit is-servizz – li tfassal għall-professjonisti mediċi u li jingħata mill-assoċjazzjonijiet tagħhom. L-informazzjoni preventiva dwar il-kura personali ilha tiġi offruta mill-2018.
  • L-Awstrija: inkoraġġiment biex isir taħriġ mill-ġdid f’impjiegi fejn hemm nuqqas ta’ ħaddiema. L-FKS tipprovdi taħriġ lill-persuni qiegħda, lil dawk li jaħdmu għal rashom u lil ħaddiema oħra, u toffri allowance biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-għajxien għal perjodu massimu ta’ 3 snin ta’ taħriġ.
  • L-Iżvezja: integrazzjoni tal-migranti fil-forza tax-xogħol. Skema Rapida mmexxija mill-gvern u s-sħab soċjali ħaffet l-akkreditazzjoni tal-kwalifiki għal migranti ġodda. It-taħriġ kien disponibbli biex wieħed jitgħallem il-lingwa Żvediża, isir jaf dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa u biex jimtlew il-lakuni fil-ħiliet.

Għal aktar informazzjoni, aqra r-rapport sħiħ “Miżuri biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema: tagħlimiet għall-politika futura”.

 

Links relatati:

Miżuri biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema: tagħlimiet għall-politika futura

In-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Education
  • Human health and social work activities

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.