Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 5 Mejju 2022
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Kif nippromwovu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-impjegati wara l-COVID-19

Meta l-uffiċċju jsir parti mid-dar, id-distinzjoni bejn ix-xogħol u l-ħin personali tista’ ma tkunx ċara. Hawnhekk, nagħtu l-parir ewlieni tagħna lill-impjegaturi dwar it-trawwim ta’ bilanċ b’saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-impjegati wara l-COVID-19.

How to promote a good work-life balance for employees post-COVID-19

Fid-dawl tal-bidla sfurzata lejn xogħol ibridu u mill-bogħod li ġab miegħu l-COVID-19, ix-xogħol mid-dar sar in-normalità l-ġdida għal ħafna. Ħafna drabi, il-benefiċċji huma akbar mill-punti negattivi: l-ebda spiża tal-ivvjaġġar, aktar indipendenza, u enfasi fuq il-produttività milli fuq il-ħinijiet tax-xogħol. Dan kollu mingħajr ma wieħed jinqabad fit-traffiku jew iħallas għat-trasport pubbliku jista’ jżid sigħat mal-ħin liberu tal-impjegati, mingħajr ma tkun kompromessa l-produttività tagħhom.

Minkejja dan, huwa importanti li wieħed jiftakar li x-xogħol mid-dar jista’ jkollu wkoll impatti potenzjalment negattivi. Billi ssegwi dawn is-suġġerimenti, tista’ tgħin lill-impjegati tiegħek igawdu l-benefiċċji tax-xogħol mill-bogħod, mingħajr ma jipperikolaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom.

  1. Mexxi bl-eżempju

Ħafna impjegati jħossu li huma mistennija jaħdmu sigħat itwal meta jkunu qed jaħdmu mid-dar. Dan spiss jiġri minħabba li ma jkollhomx ħin stabbilit biex “jitilqu”, kif ikollhom mill-uffiċċju. Għalhekk huwa importanti li dawk f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija jmexxu bl-eżempju u jlestu x-xogħol fi żmien xieraq. Dan se jħeġġeġ lill-impjegati l-oħra biex jagħmlu l-istess u jikkonkludu l-kompiti tagħhom meta tintemm il-ġurnata. Tista’ wkoll tistabbilixxi u tikkomunika ħinijiet speċifiċi meta l-impjegati tiegħek għandhom jibagħtu emails jew le, u tissuġġerixxi li jekk jaħdmu barra minn dawn is-sigħat, jużaw id-dewmien fit-twassil sabiex jirrispettaw is-sigħat tax-xogħol tal-kollegi tagħhom. L-istabbiliment ta’ limiti xierqa u r-rispett tal-ħin personali proprju u ta’ xulxin b’dan il-mod se jgħinhom jevitaw l-eżawriment fit-tul.

  1. Ipprovdi tagħmir xieraq

Jekk impjegat juża l-kompjuter privat tiegħu għax-xogħol, jista’ jsibha diffiċli biex iżomm l-attivitajiet personali u tax-xogħol separati (eż. ikompli jirċievi notifiki relatati max-xogħol barra mis-sigħat tax-xogħol). Dan jista’ jkollu impatt fuq il-kapaċità tiegħu li “jaqta’ mix-xogħol” u jirrilassa. Biex tevita kwistjonijiet bħal dawn, kun żgur li tipprovdi laptops u tagħmir ewlieni ieħor professjonali (eż. kuffji tal-widnejn, maws, tastiera) għall-impjegati kollha.

Fl-2021, ir-Royal Society for Public Health (RSPH) sabet li 48 % tal-impjegati mistħarrġa li ħadmu minn fuq sufan jew minn kamra tas-sodda qalu li kellhom problemi muskoloskeletali. Flimkien mal-forniment tat-tagħmir tekniku meħtieġ, ikkunsidra jekk tkunx tista’ tipprovdi tagħmir ieħor biex tgħin tevita dawn il-kwistjonijiet – pereżempju stend tal-laptop biex l-iskrin jinżamm fil-livell tal-għajnejn, siġġu jew skrivanija. Dan se jgħin lill-impjegati jżommu qagħda tajba meta jaħdmu d-dar, u b’hekk inaqqsu ċ-ċans tagħhom li jweġġgħu.

  1. Oħloq distakk bejn ix-xogħol u d-dar

Ħafna nies li jaħdmu mid-dar ma għandhomx l-ispazju għal uffiċċju tad-dar apposta, u qed jaħdmu mill-kmamar tas-sodda jew mis-salotti tagħhom. Dan in-nuqqas ta’ spazju tax-xogħol distint jista’ jkollu impatti psikoloġiċi reali. Mill-impjegati mistħarrġa għar-rapport tal-RSPH, 56 % ta’ dawk li ħadmu mid-dar sabuha diffiċli li jaqtgħu mix-xogħol hekk kif lestew.

Biex tgħin fil-ħolqien ta’ distakk aktar konkret bejn ix-xogħol u d-dar, ħeġġeġ lill-impjegati jneħħu t-tagħmir tax-xogħol tagħhom (fejn possibbli) meta jkunu temmew ix-xogħol. Dan se joħloq l-ispazju fiżiku u psikoloġiku li jeħtieġu biex jirpiljaw u jħejju għall-għada. Filwaqt li tibni fuq dan, tista’ torganizza wkoll taħriġ iddedikat dwar l-istabbiliment ta’ ambjent tax-xogħol b’saħħtu fid-dar sabiex tgħinhom jadattaw b’mod effettiv biex jaħdmu fl-era ta’ wara l-COVID-19.

  1. Offri sigħat ta’ xogħol flessibbli

Ġurnata tax-xogħol flessibbli (b’sigħat ewlenin essenzjali u l-libertà li tagħżel meta tibda u tispiċċa) tista’ tgħin lill-impjegati jibbilanċjaw l-impenji barra mix-xogħol, bħall-indukrar tat-tfal jew l-appuntamenti tas-saħħa. Dan l-approċċ jista’ wkoll jagħti spinta lill-produttività f’kumpaniji multinazzjonali, peress li l-impjegati li jaħdmu f’żoni tal-ħin differenti jistgħu jippjanaw li jkollhom sovrapożizzjoni tas-sigħat tagħhom mingħajr ma jaħdmu s-sahra b’mod konsistenti jew matul il-lejl u jirriskjaw li jkollhom eżawriment.

Għal aktar informazzjoni dwar modi kif jiġu appoġġati l-impjegati wara l-COVID-19, ara l-artiklu tagħna dwar “Kif trawwem il-benesseri fost l-impjegati wara l-COVID-19".
 

Links relatati:

L-impatti fuq is-saħħa mentali u fiżika tax-xogħol mid-dar matul il-COVID-19

Kif trawwem il-benesseri fost l-impjegati wara l-COVID-19

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

 

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.