
In-novità tal-media soċjali naqset, u issa l-preżenza tagħha f’ħajjitna titqies bħala xi ħaġa normali. Madankollu, hekk kif il-media soċjali tkompli tikseb importanza, bi pjattaformi ġodda li qed jidhru u inizjattivi ġodda li qed jiġu introdotti, ma nistgħux nagħmlu mod ieħor ħlief li nistaqsu kif l-impronti tagħna online jaffettwawlna ħajjitna.
Qasam wieħed fejn il-media soċjali għamlet impatt huwa fil-karrieri. Pjattaformi professjonali bħal LinkedIn jistgħu jkunu għodod b’saħħithom għat-tiftix tal-impjiegi u għan-networking. Dawn jippermettulek tippubblika s-CV tiegħek, tikkuntattja direttament lill-persuni li jirreklutaw, u/jew tingħaqad ma’ gruppi ta’ professjonisti tal-istess fehma, li jistgħu joffru pariri u jaġixxu ta’ pont għal opportunitajiet potenzjali ta’ impjieg. Permezz ta’ dawn il-pjattaformi, tista’ tenfasizza wkoll il-kisbiet professjonali tiegħek u turi l-ħiliet tiegħek.
Min-naħa l-oħra, skont stħarriġ ta’ CareerBuilder, 70 % tal-impjegaturi jużaw il-media soċjali bħala mezz biex jiskrinjaw il-kandidati matul il-proċess ta’ reklutaġġ. M’hemmx għalfejn ngħidu, li dak li tippubblika online jista’ jiġi osservat minn impjegatur potenzjali, li jista’ jiddeċiedi li ma jaċċettax l-applikazzjoni tiegħek skont l-impressjoni li jieħu tal-preżenza tiegħek online.
Allura, kif tista’ tiżgura li l-impronta online tiegħek ma tagħmilx ħsara lill-prospetti tal-karriera tiegħek? Dawn huma xi sinjali ta’ allarm li għandhom jiġu evitati meta tkun fuq il-media soċjali.
Il-pubblikazzjoni ta’ ritratti kontroversjali
Jaf tħobb tgawdi l-ħin liberu tiegħek mingħajr inibizzjonijiet, u m’hemm xejn ħażin li tqatta’ l-ħajja privata tiegħek kif trid. Madankollu, ritratti ta’ divertiment eċċessiv, ħafna alkoħol u mġiba bla inibizzjonijiet jaf ma tantx jogħġbu lil impjegatur potenzjali, li jista’ jiddeċiedi li jagħżel kandidat bi preżenza online aktar modesta.
L-involviment f’diskussjonijiet kontroversjali
Il-media soċjali tat lok għal spazji fejn l-espressjoni hija libera u l-opinjonijiet kollha huma validi u jistħoqqilhom li jinstemgħu. Madankollu, hemm aspett negattiv; opinjonijiet politiċi b’saħħithom jew pożizzjonijiet kontroversjali jistgħu jpoġġuk f’kunflitt ma’ impjegatur, speċjalment jekk il-fehmiet tiegħek imorru kontra l-valuri tal-kumpanija. Oqgħod lura milli tipparteċipa f’tali diskussjonijiet fi spazji pubbliċi online.
Il-wiri ta’ mġiba aggressiva jew negattiva
It-trolling u l-fastidju online huma, naturalment, affarijiet li ma jsirux u jistgħu saħansitra jpoġġu lill-awtur tar-reat fl-inkwiet mal-liġi. Madankollu, teżisti mġiba aktar sottili li tista’ tiswik opportunitajiet ta’ impjieg tajbin, pereżempju meta tagħmel kummenti offensivi jew derogatorji f’fora pubbliċi, jew li tikteb rimarki bla rispett taħt il-posts tan-nies.
L-ilmenti dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol attwali tiegħek
Il-maniġer, il-kollega, jew il-klijent tiegħek qed iġegħluk titlef moħħok? Ixxandarx l-ilment fuq il-media soċjali, peress li b’xi mod jaf jaffettwak fil-futur. Aqsam l-ilment tiegħek mal-ħbieb qrib tiegħek biss, u tikteb xejn fuq iċ-ċiberspazju.
B’mod ġenerali, il-media soċjali tista’ tkun ta’ vantaġġ kbir għall-ħajja professjonali tiegħek, iżda hemm żvantaġġi fl-użu mhux ristrett tagħha. Iċċekkja l-kontijiet attwali tiegħek u agħmel tindifa tajba, billi tneħħi kwalunkwe kontenut li ma tkunx trid li impjegatur jara. Biex tkompli tipproteġi lilek innifsek, issepara l-kont professjonali tiegħek mill-kont personali tiegħek, u agħmel il-kont personali “privat”. Li toqgħod attent kif tippreżenta lilek innifsek online se jkun ta’ benefiċċju kbir għall-karriera tiegħek issa u fil-futur.
Għal aktar informazzjoni dwar kif issaħħaħ il-preżenza professjonali tiegħek, aqra l-artiklu tagħna dwar il-bini u t-titjib tal-marka personali tiegħek.
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq X
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Ottubru 2025
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles