
Dan huwa fatt: l-Ewropej qed jgħixu aktar minn qatt qabel. Ftit snin ilu, l-istennija tal-għomor fl-UE kienet ta’ 81.5 sena, u x-xejra hija li tibqa’ tiżdied. Dan ifisser li aħna aktar f’saħħitna b’mod ġenerali u għandna aktar opportunitajiet biex ngħixu tajjeb u ngawdu s-snin tagħna. Ix-xogħol jibqa’ element importanti ta’ ħajjitna hekk kif nikbru fl-età, iżda x’nistgħu nistennew hekk kif insiru ħaddiema “ta’ ċerta età”?
Il-fatt nikbru fl-età żgur iġib l-għerf, iżda dan iġib miegħu wkoll kwistjonijiet ta’ impjieg li ma kellniex meta konna iżgħar.
Dawn huma ftit eżempji:
- invażjoni ta’ teknoloġiji ġodda li m’aħniex imħarrġa fihom;
- responsabbiltajiet tal-familja u mhux biżżejjed appoġġ, li spiss ma jħalli l-ebda għażla ħlief il-waqfien mix-xogħol;
- l-istereotipar tal-ħaddiema akbar fl-età bħala inqas produttivi u aktar probabbli li ma jmorrux ix-xogħol minħabba kwistjonijiet tas-saħħa;
- nuqqas ta’ informazzjoni dwar kif tista’ tiġi mħarsa s-saħħa fuq il-post tax-xogħol skont il-ħtiġijiet il-ġodda tagħna.
Il-musmar il-ġdid jaqla’ l-qadim? Diversi pajjiżi tal-UE jgħidu li mhux hekk
Il-pajjiżi madwar l-UE huma ta’ eżempju billi jagħmlu sforzi konsistenti biex il-ħaddiema akbar fl-età jibqgħu jaħdmu. Ejja nħarsu lejn xi prattiki tajbin u kif dawn jgħinu fit-tiswir tal-futur ta’ impjieg inklużiv:
- L-Iżvezja: 77.3 % ta’ dawk bejn il-55 u l-64 sena għandhom impjieg, perċentwal rekord meta mqabbel mal-medja tal-UE. Il-pajjiż kif jimmotiva liċ-ċittadini tiegħu biex jibqgħu jaħdmu għal żmien itwal? Minn naħa waħda, introduċa sistema tal-pensjoni flessibbli, li biha l-posponiment tal-irtirar tiegħek jippermettilek iżżid il-pensjoni tiegħek. Il-ħaddiema akbar fl-età huma protetti wkoll bil-liġi u ma jistgħux jiġu diskriminati minħabba l-età tagħhom.
- Ċipru: Il-pajjiż jindirizza ostaklu sinifikanti għall-ħaddiema akbar fl-età li jibqgħu jaħdmu billi jappoġġa t-taħriġ diġitali tagħhom. Iċ-Ċentru tal-Produttività ta’ Ċipru jmexxi l-programm “Ħiliet diġitali għal dawk ’il fuq minn 55 sena”, li huwa pprovdut mingħajr ħlas lil dawk li għandhom 55 sena u aktar.
- Il-Greċja: Is-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi – organizzazzjoni governattiva li tqabbel l-impjegaturi mal-impjegati – jinkludi programmi bl-għan li jgħinu lill-ħaddiema akbar fl-età jintegraw mill-ġdid fil-forza tax-xogħol. Barra minn hekk, issir enfasi fuq it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet. Inizjattivi ta’ tagħlim tul il-ħajja bħal dawn huma miftuħa għal kulħadd, iżda l-ħaddiema akbar fl-età huma grupp fil-mira importanti.
- Il-Ġermanja: L-inċentivi jħeġġu lill-ħaddiema akbar fl-età jibqgħu fl-impjieg billi jiffukaw fuq it-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom u t-tfassil ta’ ambjenti tax-xogħol adatti għall-età. L-impjegaturi jirċievu wkoll għotjiet mill-gvern biex jimpjegaw persuni li huma diffiċli li jiġu impjegati. Dawk li għandhom aktar minn 50 sena huma intitolati li jibqgħu f’din l-iskema ta’ għotjiet għal 36 xahar.
- L-Ungerija: Skema speċjali ta’ “kondiviżjoni ta’ impjieg” tqabbel ħaddiem akbar fl-età li jkun qed joqrob lejn l-irtirar ma’ ħaddiem iżgħar fl-età biex jaqsmu impjieg. Dan għandu benefiċċju doppju: jgħin lill-ħaddiem akbar fl-età jibqa’ attiv filwaqt li jippermetti lil dak iżgħar jitgħallem fuq ix-xogħol.
- Il-Lussemburgu: Il-ħaddiema akbar fl-età huma mħeġġa jibqgħu jaħdmu billi jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jindirizzaw il-kwistjoni usa’ tad-dipendenza tal-pajjiż fuq ħaddiema barranin. Barra minn hekk, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu jiffoka fuq it-taħriġ ta’ persuni ’l fuq minn 45 sena li qed ifittxu impjieg f’ħiliet diġitali u ħiliet personali (eż. il-komunikazzjoni) biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom.
L-azzjonijiet ta’ hawn fuq juru li l-fatt li tixjieħ ma jfissirx awtomatikament li l-karriera tiegħek tkun spiċċat. L-inizjattivi madwar l-Ewropa qed jaħdmu b’mod attiv biex jiżguraw li l-età tkun biss numru għal dawk il-ħaddiema li huma appoġġati mis-sistemi ta’ appoġġ it-tajba.
Tixtieq issir taf aktar dwar kif l-UE qed tgħin lill-ħaddiema jibqgħu rilevanti fl-ambjenti tax-xogħol tagħna li qed jinbidlu malajr? Aqra Il-ħiliet li neħtieġu għall-impjiegi li nixtiequ.
Links relatati:
Eurofound: Mhux lesti wara l-50 sena: Inżommu l-ħaddiema akbar fl-età fix-xogħol
Ħaddiema akbar fl-età; x’tagħmel l-Ewropa għalija
The Irish Times: Nikbru fl-età b’dinjità: Kif l-UE tista’ takkomoda forza tax-xogħol akbar fl-età
Aqra aktar:
Sib il-Konsulenti tal-EURES
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimentital-EURES
L-Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq X
Il-EURES fuq LinkedIn
Il-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Novembru 2025
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles