Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 2 Lulju 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

X’hemm ġdid fir-rigward tan-nuqqas u tal-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa?

Rapport ġdid jesplora l-istatus attwali tan-nuqqasijiet u tal-eċċess ta’ ħaddiema u kif dawn evolvew maż-żmien.

What’s the latest on labour shortages and surpluses in Europe?

Kull sena, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol tipprovdi informazzjoni dwar l-istatus tas-suq tax-xogħol permezz tas-serje tagħha ta’ rapporti tal-EURES dwar l-iżbilanċi. Is-seba’ edizzjoni tar-rapport tagħti stampa saħansitra aktar ċara bis-saħħa ta’ metodi ġodda li jippermettu ħarsa ġenerali aktar komprensiva ta’ dak li qed jiġri, fejn u għaliex.

Għalhekk, x’għandek tistenna li taqra fl-edizzjoni l-ġdida?

Is-sitwazzjoni attwali tad-diskrepanza fil-ħiliet

Filwaqt li s-suq tax-xogħol kien sejjer dejjem għall-aħjar, u r-rati ta’ impjieg huma ogħla b’mod sinifikanti minn ftit snin ilu, għad hemm żbilanċi bejn il-provvista u d-domanda li x’aktarx se jkomplu jippersistu. Għaliex? F’dawn l-aħħar snin, tfaċċaw diversi fatturi ġodda, u li introduċew parametri ġodda li rridu nindirizzaw: il-bidliet demografiċi (u t-tixjiħ tal-popolazzjoni), l-avvanzi teknoloġiċi, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u n-nuqqas li jiġi eliminat il-fattur ta’ attraenza ta’ diversi okkupazzjonijiet, li lkoll jikkontribwixxu biex setturi ewlenin jitħallew “vojta”. Għall-kuntrarju, għal oħrajn hemm abbundanza żejda ta’ provvista.

L-impjiegi li fihom huma osservati l-aktar nuqqasijiet jinkludu welders, professjonisti fil-kura tas-saħħa, koki u elettriċisti. L-aktar li huma osservati eċċessi huwa fl-appoġġ klerikali u f’impjiegi simili oħra, li, mhux b’kumbinazzjoni, huma fost dawk l-aktar affettwati mill-introduzzjoni tal-IA.

Inti affettwat/a?

L-aħħar rapport jeżamina t-tipi u l-karatteristiċi tal-ħaddiema f’impjiegi fejn jeżisti nuqqas jew eċċess. Id-disparità bejn il-ġeneri tidher li hija kwistjoni. In-nisa jirrappreżentaw biss 29 % tal-ħaddiema f’impjiegi fejn jeżisti nuqqas, speċjalment oqsma tradizzjonali ddominati mill-irġiel bħall-kostruzzjoni u l-inġinerija. Min-naħa l-oħra, l-għadd ta’ ħaddiema nisa f’impjiegi fejn jeżisti eċċess – b’mod partikolari f’pożizzjonijiet klerikali – jitla’ għal 62 %.

Iż-żgħażagħ huma grupp demografiku ieħor li huwa affettwat. Il-preżenza tagħhom f’impjiegi fejn jeżisti nuqqas għadha limitata, u dan iqajjem tħassib dwar x’se jiġri ladarba l-ħaddiema akbar fl-età jirtiraw.

In-nuqqas ta’ ħiliet diġitali huwa osservat ukoll bħala problematiku, peress li bħalissa huma biss 5.6 % tal-adulti Ewropej li għandhom ħiliet diġitali bażiċi, aħseb u ara l-ħiliet avvanzati meħtieġa fis-suq tax-xogħol li qed jevolvi tal-lum.

Is-setturi tat-trasport u tal-ħżin taħt il-mikroskopju

Filwaqt li l-edizzjoni preċedenti tar-rapport kienet tinkludi eżami dettaljat tan-nuqqasijiet ta’ ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni, din l-edizzjoni tiffoka fuq is-settur tat-trasport u tal-ħżin, li ilu f’nofs kriżi ta’ nuqqas għal xi żmien. B’mod partikolari, mill-pandemija tal-COVID-19, in-numru ta’ sewwieqa tal-merkanzija għadu baxx, filwaqt li l-għadd ta’ ordnijiet tal-klijenti qed jiżdied. Għaliex qed jiġri dan?

Il-kriżi fis-settur ġiet attribwita l-aktar għan-nuqqas ta’ reklutaġġ ta’ persuni ġodda u żgħażagħ. L-irtirar ifisser li l-pożizzjonijiet vakanti jibqgħu vojta. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur jitqiesu bħala mhux attraenti: sigħat twal, l-iżolament soċjali u l-kwistjonijiet tas-sikurezza jġiegħlu lin-nies jaħsbuha darbtejn qabel ma jagħżlu karriera fis-settur tat-trasport. Ir-rapport kixef ukoll kwistjonijiet bħax-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju, li jkomplu jfixklu kemm ir-reputazzjoni tas-settur kif ukoll il-prospetti futuri tiegħu.

It-triq ’il quddiem

Skont ir-rapport, pass kruċjali fl-indirizzar tan-nuqqas u tal-eċċess ta’ ħaddiema huwa li jsir investiment fil-ħiliet, filwaqt li n-nies jitħejjew b’mod partikolari għar-rivoluzzjoni diġitali. Inizjattivi bħall-Unjoni tal-ħiliet itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja, u b’hekk itejbu l-impjegabbiltà tal-persuni. Barra minn hekk, iż-żieda fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni STEM se tnaqqas id-disparitajiet bejn l-età, il-ġeneru u l-inugwaljanza soċjali osservati f’dawn id-dixxiplini, u b’hekk tiftaħ il-bieb għal varjetà akbar ta’ possibbiltajiet tal-karriera.

Biex issir taf aktar, aqra r-rapport sħiħ hawnhekk.

 

Links relatati:

EURES: It-triq għall-2030: x’hemm ippjanat għax-xogħol?

EURES: Kif issib u titħarreġ għal impjiegi li hemm domanda għalihom

Il-Kummissjoni Ewropea - L-Unjoni tal-ħiliet

European Labour Authority (Awtorità Ewropea tax-Xogħol): Labour shortages and surpluses in Europe 2023 (In-nuqqas u l-eċċess tal-ħaddiema fl-Ewropa fl-2023)

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegital-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.