Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Tixtieq ittejjeb il-probabbiltajiet tiegħek li ssib impjieg? Ara li l-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek tkun waħda tajba ħafna

Illum il-ġurnata, avviżi ta’ postijiet tax-xogħol normalment iwasslu għal reazzjonijiet minn mijiet ta’ applikanti. Ittra ta’ akkumpanjament mill-aqwa, li tispikka fost dawk ta’ ħafna kandidati kwalifikati oħrajn, se tpoġġik f'pożizzjoni aħjar meta titqabbel ma’ oħrajn.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Settembru 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari
Want to improve your odds of getting hired? Get your cover letter right

Illum il-ġurnata huwa aktar faċli minn qatt qabel li tapplika għal impjieg: kważi l-postijiet tax-xogħol vakanti l-ġodda kollha jistgħu jinstabu online, u l-applikazzjoni tirrikjedi biss ftit klikkjaturi. Filwaqt li dan għamel il-proċess aktar faċli kemm għall-impjegaturi kif ukoll għal dawk li jkunu qed ifittxu impjieg, dan żied b’mod sinifikanti l-livell tal-kompetizzjoni, u li jkollok CV b’saħħitha ma għadux l-uniku assi tiegħek. L-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek għandha tgħin lill-applikazzjoni tiegħek biex titla’ fil-quċċata tal-lista tal-għażla.

Fl-era tar-reklutaġġ diġitali, l-ittra ta’ akkumpanjament tista’ tinstema’ bħala xi ħaġa antikwata, iżda tibqa’ l-uniku aspett personalizzat tal-proċess ta’ qabel l-intervista: huwa permezz tagħha li reklutatur jista’ “jisma’” min inti tassew, u dan jista’ jtejjeb il-possibbiltajiet tiegħek li tipproċedi għall-istadju li jmiss. Allura, kif tista’ tipprepara l-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek b’mod li jġiegħlek tispikka fil-folla?

Iffamiljarizza ruħek mal-kumpanija u mal-valuri tagħha

Qabel ma tibda tabbozza l-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek, sir af kemm tista’ dwar ir-rwol, kif ukoll dwar l-organizzazzjoni li qed tapplika magħha. L-impjegaturi ċertament iridu jaraw li inti adatt(a) għall-impjieg, iżda jeħtieġ ukoll li jkunu jafu li inti għandek allinjament tajjeb mal-kultura tal-kumpanija. Agħmel ċert li dan ikun rifless fl-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek billi turi kif l-assi u l-personalità partikolari tiegħek jallinjaw mal-filosofija u mal-mentalità tal-kumpanija.

Żomm l-affarijiet sempliċi u fil-qosor

L-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek hija fejn inti tesprimi l-motivazzjoni tiegħek għall-applikazzjoni u turi l-adegwatezza tiegħek għar-rwol billi tiffoka fuq kif il-profil tiegħek huwa relatat mad-deskrizzjoni tal-impjieg u l-kwalifiki mitluba. Din il-linja gwida għandha tgħinek tiffoka biss fuq l-informazzjoni rilevanti. Evita li tuża ħafna buzzwords jew diskors ta’ reklutaġġ, għax dan jagħmel l-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek waħda minn ħafna oħrajn li jużaw l-istess formula. Uża tliet paragrafi jew erba’ paragrafi biss: dan it-tul għandu jkun biżżejjed biex twassal il-punti ewlenin li tiegħek.

Ittra waħda mhux tajba għal kull rwol

F’każ li inti tkun qed tapplika għal diversi rwoli, jista’ jkollok it-tentazzjoni li toħloq mudell ġeneralizzat biex jiffrankalek il-ħin. Madankollu, agħmel ċert li timmodifika l-kontenut tiegħek għall-pożizzjoni speċifika li qed timmira għaliha. Punti addizzjonali jekk tiskopri min hu l-maniġer tar-reklutaġġ u tindirizzah personalment.

Għandek tinkludi l-għajnuna tal-IA?

Ma jistax jiġi miċħud. L-IA infiltrat ħafna mill-aspetti ta’ ħajjitna, u inutli li wieħed jippretendi li ma għandha l-ebda rwol fir-reklutaġġ ukoll. Fil-każ ta’ kitba ta’ ittra ta’ akkumpanjament, l-IA tista’ jew tgħin jew tfixkel, skont kif tagħżel li tużaha:

Tagħmilx:

  • Iddaħħalx is-CV tiegħek f’għodda tal-kitba bl-IA biex titlobha tikteb l-ittra ta’ akkumpanjament għalik; se tispiċċa b’test li jew m’għandu xejn mill-personalità tiegħek fih, jew agħar minn hekk, jinqara l-istess bħal għadd kbir ta’ oħrajn. Għall-impjegatur potenzjali tiegħek, ittra ta’ akkumpanjament iġġenerata għal kollox bl-IA se tkun ovvja li saret b'dan il-mod, u għaldaqstant x’aktarx li lanqas biss iqis l-applikazzjoni tiegħek.

Agħmel:

  • Uża l-għodod tal-IA biex jgħinuk tifhem aħjar id-deskrizzjoni tal-impjieg u tiffoka fuq il-partijiet li huma rilevanti għall-applikazzjoni tiegħek.
  • Uża l-IA biex tgħinek torganizza l-ħsibijiet/n-noti tiegħek b'mod strutturat.

Qed tfittex aktar informazzjoni dwar kif tabbozza ittra ta’ akkumpanjament unika? Aqra l-artiklu tagħna dwar kif tispikka fil-folla b’dawn l-ideat mhux konvenzjonali ta’ ittri ta’ akkumpanjament.

 

Links relatati:

Oħloq l-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-Europass tiegħek

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.