Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Qed issibha diffiċli biex tniżżel il-ħiliet tiegħek fuq is-CV? Għandek aktar milli taħseb

Għandek ħiliet siewja. Wasal iż-żmien li titgħallem kif turihom biex issib ix-xogħol li jmiss.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 29 Lulju 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari
Struggling to list your skills on a CV? You have more than you think

 

Meta tkun qed taħdem fuq is-CV tiegħek, mhux diffiċli li ddaħħal id-dettalji ta’ kuntatt u kwalunkwe esperjenza ta’ xogħol u diplomi tiegħek – jekk għandek. Imma meta tiġi biex tniżżel il-ħiliet tiegħek, għandek imnejn tiġi f’dubju dwar x’jgħodd bħala ħila, xi jridu l-impjegaturi, u kif tippreżenta l-abbiltajiet tiegħek, speċjalment jekk m’għandekx edukazzjoni formali. Għandek imnejn tistaqsi jekk għandekx saħansitra xi ħiliet imfittxija.

Il-verità hija li x’aktarx ksibt numru sostanzjali ta’ ħiliet mingħajr ma taf. Fil-fatt, ħafna persuni li qed ifittxu xogħol madwar l-Ewropa mhumiex konxji tal-firxa sħiħa ta’ ħiliet li għandhom minħabba żewġ raġunijiet ewlenin. 

L-ewwel waħda hija n-nuqqas ta’ informazzjoni jew gwida. Mingħajr pariri strutturati, huwa diffiċli li tittraduċi l-esperjenza minn klassijiet komunitarji jew minn ambjenti informali oħra simili f’lingwaġġ professjonali rikonoxxut. It-tieni waħda hija l-lakuni diġitali u ta’ fiduċja. Ħaddiema akbar fl-età, persuni b’diżabilità u dawk li qed jirritornaw mal-forza tax-xogħol jistgħu jsibuha diffiċli jużaw l-għodod diġitali għall-awtovalutazzjoni. Dawn iż-żewġ sfidi jenfasizzaw il-valur tal-bini tal-fiduċja u fehim aħjar ta’ sistemi differenti ta’ kwalifiki, b’mod partikolari meta persuna tkun qed tfittex xogħol barra minn pajjiżha. 

Dawn huma xi suġġerimenti biex tibda:

  • Jekk inti żagħżugħ(a) u għandek esperjenza ta’ xogħol limitata jew l-ebda esperjenza ta’ xogħol, aħseb dwar l-involviment tiegħek f’attivitajiet oħra – proġetti universitarji, xogħol volontarju, timijiet sportivi jew assoċjazzjonijiet tal-istudenti. Organizzajt avveniment? Din hija ġestjoni ta’ proġetti. Kont tutur tal-pari? Din hija komunikazzjoni tajba u mentoraġġ.
  • Titgħallem malajr? Taħdem tajjeb f’timijiet? Dawn huma ħiliet “personali” li l-impjegaturi japprezzaw.
  • Jekk int akbar fl-età u qed tibdel l-industriji jew qed tfittex xogħol wara waqfa twila, aħseb dwar ħiliet trasferibbli li huma utli kullimkien. Inti tajjeb/tajba biex tiġġestixxi kriżi jew biex tinnegozja ma’ persuni li għandhom fehmiet differenti? Dawn il-ħiliet jibqgħu siewja fi rwoli, industriji u pajjiżi differenti. 
  • Kultant ninjoraw il-preġji tagħna stess. Staqsi lill-kollegi jew lill-maniġers preċedenti x’qiesu bħala l-aktar kontribut siewi jew kwalità siewja tiegħek

Daqqa t’id professjonali

Żomm f’moħħok li m’għandekx għalfejn tagħmel dan waħdek. Fil-fatt, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) madwar l-Ewropa żviluppaw diversi għodod u servizzi biex jgħinuk tidentifika u tiddokumenta l-kapaċitajiet tiegħek. Dokument reċenti ppubblikat min-Network Ewropew tal-PES jipprovdi xi eżempji:

  • L-Awstrija tmexxi s-Sistema ta’ Informazzjoni Vokazzjonali – għodda integrata li tgħin lil persuni li qed ifittxu xogħol jirrikonoxxu, jiddeskrivu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Il-konsulenti jużaw dawn ir-riżultati biex jibnu pjanijiet ta’ azzjoni personalizzati li jikkombinaw il-gwida, il-validazzjoni u t-taħriġ għall-karriera. 
  • Franza tinkorpora l-validazzjoni tal-esperjenza preċedenti f’perkorsi ta’ konsulenza biex tifformalizza l-esperjenza preċedenti fi kwalifiki rikonoxxuti.
  • Il-PES tal-Portugall jikkollaboraw maċ-ċentri tal-Qualifica biex jgħinu lil persuni li qed ifittxu xogħol jifformalizzaw il-ħiliet identifikati waqt sessjonijiet ta’ gwida.

Is-servizzi tal-PES huma appoġġati minn networks madwar l-Ewropa kollha. Il-EURES jagħti aċċess għal konsulenti, informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol u pariri lil persuni li qed ifittxu xogħol barra minn pajjiżhom, filwaqt li l-Europass jipprovdi għodod għall-ittestjar tal-ħiliet diġitali tiegħek u għall-ħolqien tas-CV u l-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek. 

Billi tuża dawn ir-riżorsi u tirrifletti fuq il-firxa sħiħa tal-esperjenzi tiegħek, tista’ tibni CV konvinċenti li tassew tirrifletti l-valur tiegħek għal impjegaturi potenzjali. Biex jgħinek tibda, aqra l-artiklu tal-EURES dwar l-użu tal-għodod diġitali u s-servizzi tal-Europass biex tiġġestixxi aħjar il-karriera tiegħek.

 

Links relatati:

Thematic Review Workshop on Skills-Based Approaches in Public Employment Services Processes and Activities

Sistema ta’ Informazzjoni Vokazzjonali (BIS)

Validazzjoni tal-esperjenza preċedenti (VAE)

Programm Qualifica

Europass

EURES

Uża l-għodod diġitali u s-servizzi tal-Europass biex tiġġestixxi aħjar il-karriera tiegħek

Aqra aktar: 

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES 

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

 

Data tal-pubblikazzjoni
29 Lulju 2026
Awturi
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • Taħriġ EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.