Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Ħu pass: gwida għall-internships u t-traineeships fl-Ewropa

Qed taħsibha tagħmilx internship, traineeship, jew tibdiex l-ewwel impjieg tiegħek? Din il-gwida turi d-differenzi bejniethom b’mod ċar sabiex tkun tista’ tagħżel dak li jaqbel mal-għanijiet tiegħek.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 26 Frar 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Immaġinak tibdel il-kurżità tiegħek f’kompetenza, il-lawrja tiegħek f’karriera u l-ewwel esperjenza tiegħek fix-xogħol tal-ħolm tiegħek. Din hija s-setgħa li tagħżel il-pass it-tajjeb li jmiss – internship, traineeship jew l-ewwel impjieg. Dawn mhumiex biss titli tal-impjieg impressjonanti, iżda pass intermedjarju ’l quddiem, u kull wieħed minnhom jikkontribwixxi kompetenza ewlenija għall-vjaġġ tal-karriera tiegħek. L-internships iħalluk tesplora. It-traineeships jgħinuk tikber. L-ewwel impjiegi jħalluk tispikka. Irrispettivament minn fejn tinsab fil-vjaġġ tiegħek, hemm perkors lest għalik fl-UE – u l-ewwel pass hu li tkun taf id-differenza.

Allura, x’inhi d-differenza?

Jekk għadek qed tistudja jew għadek kif iggradwajt, l-internships huma maħsubin għalik. Tipikament dawn idumu biss ftit ġimgħat jew xhur u huma mod tajjeb ħafna biex tikseb esperjenza prattika relatata mal-istudji tiegħek. Filwaqt li l-benefiċċji finanzjarji jistgħu jkunu limitati, xorta waħda hija opportunità siewja biex tara jekk rwol jew industrija speċifika tallinjax tassew mal-interessi u mal-ħiliet tiegħek.

It-traineeships, min-naħa l-oħra, huma programmi ta’ taħriġ strutturati għall-gradwati jew persuni li m’għandhomx ħafna esperjenza tax-xogħol. Jekk tista’ tidentifika ma’ dawn, traineeship tgħinek tiżviluppa l-ħiliet meħtieġa għal rwol jew perkors tal-karriera speċifiku. Normalment iddum aktar minn internship – u iva, bil-ħlas. Ikkunsidrah bħala pont bejn id-dinja akkademika u dik professjonali, b’mentoraġġ, għanijiet ċari u responsabbiltà ta’ veru.

Imbagħad jiġi l-ewwel impjieg normali tiegħek, fejn ikollok kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi, u titħallas salarju sħiħ u jkollok il-benefiċċji. L-internships u t-traineeships jistgħu jkunu punt tat-tluq siewi għal pożizzjoni full-time – iżda biss jekk tagħmilhom jgħoddu.

Agħmel l-aħjar użu minnhom

Biex timmassimizza l-esperjenza tiegħek bħala intern jew trainee, ftakar dan li ġej:

  • Kun proattiv(a). Toqgħodx b’idejk fuq żaqqek waqt li tkun qed tistenna li titqabbad tagħmel xi ħaġa. Staqsi mistoqsijiet. Offri lilek innifsek għall-proġetti. Jekk tispiċċa xogħlok kmieni, għid: “X’nista’ nagħmel aktar biex ngħin?” Min iħaddmek jinnota l-inizjattiva – u dan huwa l-mod kif tispikka.
  • Qis in-networking daqslikieku kien xogħlok (għax fil-fatt hekk hu). Il-kollegi tiegħek mhumiex biss nies li taħdem magħhom; huma l-mentors u l-konnessjonijiet futuri tiegħek. Ir-relazzjonijiet li tibni magħhom jistgħu jiftħu bibien li lanqas biss kont taf li jeżistu.
  • Itlob feedback. Il-feedback mhuwiex kritika, huwa għodda li se tgħinek titjieb. Is-superviżuri jħobbu lill-interns li jixtiequ jikbru.
  • Żomm djarju sempliċi. Ikteb x’kompiti lestejt, x’tgħallimt, dak li int kburi(ja) bih. Dawn huma l-istejjer li se tirrakkonta f’intervisti futuri.

Fejn għandek tfittex

L-UE mimlija opportunitajiet. Oħroġ hemm barra u aħtafhom. Il-EURES huwa punt tat-tluq tajjeb ħafna, u joffri eluf ta’ postijiet vakanti madwar l-Ewropa, inkluża taqsima ddedikata għat-“Traineeships” għal 30 pajjiż Ewropew fil-paġna “Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Ewropa”.

Tista’ żżur ukoll siti web u pjattaformi bħall-Jiem Ewropej tal-Impjiegi, l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, impjiegi u traineeships fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji tal-UE, Europass, EuroBrussels, Euractiv u EU Training. Ħafna istituzzjonijiet tal-UE joffru internships u traineeships strutturati. Esplora l-għażliet tiegħek fuq siti bħal Youth4Europe.

Teħtieġ aktar għajnuna fl-ewwel passi tiegħek għall-impjieg? Aqra dwar l-appoġġ li tista’ tikseb f’“Għadek ġdid għall-forza tax-xogħol? Ħalli l-UE twittilek triqtek lejn l-impjieg aktar faċli’.

 

Links relatati:

EURES

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

Europass

EuroBrussels

Euractiv

EU Training

Youth4Europe

“Għadek ġdid għall-forza tax-xogħol? Ħalli l-UE twittilek triqtek lejn l-impjieg aktar faċli

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.