
Is-swieq tax-xogħol fl-Ewropa qed jgħaddu minn għadd ta' tranżizzjonijiet. Filwaqt li t-tranżizzjonijiet diġitali u ħodor qed joħolqu opportunitajiet ġodda, ifatt li l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol qed tonqos qed jikkontribwixxi għal nuqqas fis-saħħa, fl-ICT, fil-kostruzzjoni u fl-ospitalità.
F'dan l-ambjent li joħloq sfida, l-impjegaturi jistgħu jkunu qed jinjoraw kandidati kompetenti meta jiffukaw wisq fuq il-kwalifiki formali. Il-ħiliet li jistgħu jiġu applikati fi rwoli u setturi differenti spiss ikunu aktar diffiċli biex jiġu identifikati (eż. is-soluzzjoni tal-problemi, ix-xogħol f’tim, il-litteriżmu diġitali), minkejja li huma dejjem aktar siewja f’suq tax-xogħol li qed jinbidel.
Sabiex tindirizza din l-isfida, l-UE qed tippromwovi approċċi għall-impjieg ibbażati fuq il-ħiliet, tħeġġeġ lill-impjegaturi u lis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg biex jiffukaw aktar fuq dak li l-persuni jistgħu jwettqu milli fuq il-kwalifiki li jkollhom.
Il-futur tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg
Fis-27 Stat Membru tal-UE, fin-Norveġja, fl-Iżlanda u fil-Liechtenstein, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg huma l-awtoritajiet li jqabblu lill-persuni li qed ifittxu impjieg mal-impjegaturi. Dawn jappoġġaw it-tqabbil tal-provvista mad-domanda fis-suq tax-xogħol permezz ta’ informazzjoni, kollokament u servizzi attivi ta’ appoġġ. L-adozzjoni tagħhom ta’ approċċi bbażati fuq il-ħiliet għandha rwol importanti fit-tranżizzjonijiet imsemmija hawn fuq. L-użu ta’ tali approċċi jista’ jappoġġa l-mobilità tal-ħaddiema fis-setturi kollha u jgħin biex il-persuni li qed ifittxu impjieg isiru aktar reżiljenti fl-ekonomija tal-Ewropa li qed tinbidel b’mod rapidu.
F’dan il-kuntest, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg kif jistgħu jinkludu prinċipji bbażati fuq il-ħiliet fl-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum?
Sessjoni ta’ ħidma reċenti ospitata min-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi kkonkludiet dan li ġej:
- Lingwa komuni għall-ħiliet hija essenzjali. Id-differenzi attwali fil-mod kif il-persuni li qed ifittxu impjieg, l-impjegaturi u s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi madwar l-Ewropa jiddeskrivu l-okkupazzjonijiet u l-ħiliet jagħmluha aktar diffiċli biex il-persuni jitqabblu mal-opportunitajiet.
- L-interpretazzjoni umana hija importanti. L-IA għandha tikkomplementa lill-konsulenti tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, mhux tissostitwihom.
- L-impjegaturi huma sieħba ewlenin. Il-ħidma magħhom tista’ tgħin biex jiġu identifikati ħtiġijiet reali ta’ ħiliet u jiġu rfinati l-perkorsi ta’ taħriġ u ta’ reklutaġġ biex is-suq tax-xogħol tal-UE jsir aktar kompetittiv.
- L-inklużjoni tibqa’ ċentrali. Approċċi bbażati fuq il-ħiliet għandhom jappoġġaw lill-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, inklużi dawk il-persuni li jkollhom kwalifiki baxxi (jew ma jkollhomx kwalifiki), ħaddiema akbar fl-età u migranti.
Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi jagħmlu dan realtà
Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi madwar l-Ewropa qed jagħmlu progress f’bosta oqsma:
- Bosta Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, inkluż fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fl-Iżvezja, qed jużaw sistemi assistiti mill-IA li jiffukaw fuq it-tqabbil tal-ħiliet aktar milli fuq l-okkupazzjonijiet.
- Dejjem aktar ta’ spiss, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, pereżempju fl-Awstrija, qed jagħtu aktar setgħa lill-persuni li qed ifittxu impjieg billi jgħinuhom biex jidentifikaw il-ħiliet tagħhom u jagħmluhom viżibbli, anki meta ma jkollhomx kwalifiki formali.
- Qed jagħlqu wkoll id-diskrepanzi fil-ħiliet permezz ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet. Permezz ta’ offerti ta’ taħriġ immirati (iċ-Ċekja, l-Estonja u l-Kroazja), dawn qed jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ħiliet li jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.
Għaldaqstant, il-metodi bbażati fuq il-ħiliet huma ċentrali għall-futur tas-servizzi li jingħataw mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi. Naturalment, għad fadal xogħol xi jsir: l-allinjament tas-sistemi nazzjonali u tal-UE, l-investiment fl-infrastruttura diġitali, it-taħriġ tal-persunal u l-ħolqien ta’ rabtiet aktar b’saħħithom mal-impjegaturi u mal-istituzzjonijiet edukattivi. Iżda futur fejn il-ħiliet u l-kwalifiki jiġu rikonoxxuti t-tnejn li huma għandu l-potenzjal li joħloq suq tax-xogħol aktar inklużiv u reżiljenti.
Il-prijoritajiet ewlenin tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi jallinjaw mal-istrateġija tal-EURES għal mobilità tal-ħaddiema ġusta u trasparenti għal kulħadd. Aqra dwar kif il-EURES jappoġġa lil persuni b’diżabilità li qed ifittxu impjieg.
Links relatati:
Sessjoni ta' ħidma ta’ rieżami tematiku
In-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg
Kif il-EURES jappoġġa lil persuni b’diżabilità li qed ifittxu impjieg
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
- Data tal-pubblikazzjoni
- 23 Lulju 2026
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
- Taħriġ EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet interni tal-EURES
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Is-Servizzi tal-EURES
- Għajnuna u appoġġ
- Ideat u Suġġerimenti
- Informazzjoni dwar is-Suq tax-Xogħol
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles