
1. Traduttur
It-tradutturi ma jittraduċux kollox. Minflok, jispeċjalizzaw f’qasam wieħed jew aktar ta’ għarfien espert (eż. il-liġi, it-turiżmu, is-saħħa). Biex ikollok suċċess bħala traduttur, jaf ikun utli li tibni l-esperjenza jew isfond akkademiku tiegħek fil-qasam/fl-oqsma li fihom beħsiebek tittraduċi, kif ukoll il-ħiliet lingwistiċi tiegħek bħala kittieb u traduttur.
2. Interpretu
L-interpreti jaħdmu f’ambjenti bħall-iskejjel, l-isptarijiet, l-awli tal-qorti, is-swali tal-laqgħat u ċ-ċentri ta’ konferenzi. Xi wħud jaħdmu għal kumpaniji tal-interpetazzjoni, filwaqt li oħrajn jaħdmu għal organizzazzjonijiet individwali, jew jaħdmu b’mod indipendenti għal klijenti privati. Għalkemm l-interpreti tipikament jeħtieġu lawrja ta’ baċellerat, ir-rekwiżit l-aktar importanti huwa li jkollhom profiċjenza mitkellma f’aktar minn lingwa waħda. Din tinkludi l-kapaċità li tifhem b’mod preċiż il-lingwa meta tiġi mitkellma b’mod spontanju u fil-lingwaġġ tat-taħdit komuni.
3. Għalliem
Biex issir għalliem tal-lingwi fil-klassi, se jkollok bżonn lawrja fil-lingwa li tixtieq tgħallem, flimkien ma’ ċertifikazzjonijiet tat-tagħlim biex juru li għandek l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għax-xogħol.
Jekk tħoss li għandek il-kapaċità li tgħallem lingwa lill-oħrajn, iżda ma għandekx il-kwalifiki formali meħtieġa biex issir għalliem fil-klassi, tista’ tikkunsidra li ssir tutur privat. Tuturi privati ta’ spiss jaħdmu fuq bażi individwali, b'sessjonijiet li jsiru wara l-klassijiet regolari jew ix-xogħol. Dan ifisser li hija wkoll għażla tajba għall-persuni li jridu jadattaw ix-xogħol ta’ tagħlim tagħhom madwar impenji oħra (bħal impjieg part-time ieħor, responsabbiltajiet ta' indukrar, jew ivvjaġġar), kif ukoll għal dawk li jridu jaħdmu mill-bogħod (online). Jekk tagħżel li tkun tutur online, benefiċċju addizzjonali hu li ma tkunx limitat biż-żmien jew bil-ġeografija. Dan jiftaħ is-servizzi tiegħek għal klijentela ħafna usa’.
4. Ospitalità
It-tliet industriji li jiddependu kważi totalment mit-turiżmu (l-akkomodazzjoni, l-aġenziji tal-ivvjaġġar/l-operaturi turistiċi, it-trasport bl-ajru) jimpjegaw 3.3 miljun persuna fl-UE, u qed jesperjenzaw żieda qawwija fid-domanda wara l-COVID-19. Il-lukandi, ir-resorts u l-attrazzjonijiet turistiċi jeħtieġu kelliema bilingwi biex jikkomunikaw mal-viżitaturi minn madwar id-dinja kollha. Dan jinkludi rwoli bħal receptionists tal-lukandi, waitstaff u persunal tal-bar, ekwipaġġ tal-kabina, gwidi tat-turisti u istrutturi tal-isport fuq barra.
5. Riżorsi umani/reklutaġġ
Speċjalisti multilingwi tar-riżorsi umani jagħtu lill-kumpaniji ħafna aktar ambitu f’dak li għandu x’jaqsam mar-reklutaġġ, peress li huma kapaċi jintervistaw u jimpjegaw kandidati minn pajjiżi u kulturi oħra. Dan hu partikolarment utli għal kumpaniji li qed jespandu globalment. Il-persuni li jirreklutaw u li huma multilingwi għandhom ukoll it-tendenza li jkunu aktar konxji tal-kulturi, u dan huwa importanti biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni u jiġi mħeġġeġ post tax-xogħol divers.
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Lulju 2022
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Taħriġ
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles