Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet26 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Xʼgħandek tagħmel u ma tagħmilx meta tibda negozju – ħu sehem fil-logħba

Il-bidu taʼ negozju jeħtieġ mentalità kompetittiva u jixbah ħafna lit-tmexxija taʼ tim sportiv ta' suċċess. Mela ejja nlestu ruħna!

Do's and don'ts when starting a business – get in the game

Andreas Fruth huwa l-Ko-Fondatur u d-Direttur Maniġerjali tal-Global Savings Group, li jopera fʼmadwar 25 pajjiż. Fl-2012, flimkien maʼ Gerhard Trautmann u Adrian Renner, Andreas ħoloq CupoNation, il-pjattaforma tal-kupuni online ewlenija tal-grupp.Iltqajna miegħu dan l-aħħar sabiex jagħtina xi ftit pariri dwar xʼgħandek tagħmel meta tkun ser tibda n-negozju tiegħek.

Tibżax tagħmel il-pass

Qiegħed bilqiegħda fil-kamra tal-lockers, lest biex tilgħab l-ewwel logħba tiegħek bħala plejer professjonali tal-futbol, tal-volleyball jew tal-hockey. Dan huwa l-mument li ilek taħdem għalih għal ħafna snin; ir-riżultat taʼ sigħat bla tmiem taʼ ripetizzjoni u prattika. Temmen fik innifsek, iżda dan ma jfissirx li saqajk mʼintix tħosshom jirtgħodu. Meta tirfes fuq dak il-grawnd, il-pitch jew il-kamp, mʼgħandekx fejn tistaħba.

L-istess tistaʼ tħossok meta tibda negozju. Anki meta jkollok kunċett tajjeb ħafna u ħiliet aqwa, qatt ma tħossok kompletament lest biex tibda. U jekk qed tistenna "l-mument ideali", aktarx li tibqaʼ tistenna għal dejjem. Tibżax tagħmel il-pass!

Tinjorax il-feedback

Għandek xi żewġ partiti tajba fl-esperjenza tiegħek? It-teknika tiegħek ħawdet lil xi plejer taʼ aktar esperjenza minnek? Kemm tħossok tajjeb! Mela għalfejn il-kowċ qed ikissrek waqt it-taħriġ?

Għaliex għadek mʼintix "lest". Il-mument li taħsibha mod ieħor, allura tistaʼ tirtira. Jekk ma tiflaħx għall-kritika kostruttiva, mʼintix ser tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek.

L-istess jgħodd għan-negozju. Trid tagħti widen lin-nies li għandhom l-esperjenza. Meta jagħtuk parir, irrikonoxxi l-fatt li huma "diġà għaddew minnha". Faċli li taqaʼ fuq id-difensiva, iżda jekk tagħtihom widen tistaʼ tieħu lin-negozju tiegħek fʼlivell ogħla.

Sib il-plejers tajbin

Kuljum tarahom dawn: maniġers tal-futbol ilaqalqu biex iwieġbu l-mistoqsijiet waqt l-intervisti. "Għaliex tliftu l-logħba? Għaliex it-tim mhuwiex qed jagħti prestazzjoni tajba?" Spiss isemmu t-tattika u l-pjan direzzjonali tagħhom għas-suċċess, iżda jekk il-problema mhijiex it-tattika? U jekk hija kwistjoni taʼ taħlita taʼ pjan direzzjonali u tal-persuni li qegħdin jivvjaġġaw miegħek?

Kowċ għandu bżonn il-plejers adatti għall-pożizzjonijiet xierqa – u anki n-negozji. Mingħajr dan, il-pjan direzzjonali tiegħek jista' jkun l-aqwa wieħed fid-dinja u xorta jfalli. Dan ma jfissirx li jenħtieġ li tfittex persuna eċċellenti għal kull pożizzjoni; xi drabi jkun daqstant importanti li tfittex il-potenzjal. L-iżvilupp tal-persuni huwa fattur importanti meta tibni kumpanija.

Fittex lil hinn mill-fruntieri

Xi drabi jeħtieġ li ssiefer biex issib lill-plejer ġust għal pożizzjoni speċifika. Dak li jgħaqqad kollox.

Li tqabbad impjegati minn pajjiż ieħor iġib ħafna mill-istess vantaġġi. Kollha għandna assi differenti xi nġibu fil-kamp, skont minn fejn ġejjin, u jekk trid tirnexxi fʼpajjiż differenti minn tiegħek huwa għaqli li tinvesti fʼimpjegati midħla tal-kultura.

Tinsix toffri motivazzjoni

Ċerti kowċis jistaʼ jkollhom il-kapaċitajiet taʼ plejers taċ-chess fʼdak li jirrigwarda l-bini taʼ pjan direzzjonali lejn is-suċċess, iżda ma jirnexxielhomx jimmotivaw lit-tim tagħhom. Jonfqu miljuni fuq il-plejers it-tajbin, imma jispiċċaw jaraw kollox jisfaxxa quddiemhom.

Jekk mʼintix motivatur, kun kunfidenti biżżejjed li tammetti dan il-fatt. U rrekluta lil xi ħadd li huwa kapaċi. L-impjegati tiegħek għandhom bżonn li jemmnu fil-kumpanija tiegħek daqsek u ma tistax tippretendi li persuna li ma tkunx motivata biżżejjed se taħdem bʼmod effettiv.

Kun af lill-kompetituri tiegħek

Għaliex xi drabi t-timijiet dilettanti jirbħu lil dawk professjonali? Il-kompjaċenza u n-nuqqas taʼ preparazzjoni.

Jekk ma tafx kontra min ser tilgħab, mʼgħandekx ħjiel taʼ xʼgħandek bżonn biex tirbaħ il-logħba. Huwa importanti li tirrispetta lill-avversarji tiegħek. X'qed jagħmlu tajjeb? X'qed jagħmlu ħażin? Kif tistaʼ tieħu vantaġġ? Li tkun taf il-punti pożittivi u d-dgħufijiet tal-kompetituri jistaʼ jkun fattur importanti f'jekk "tirbaħx jew titlifx".

Temminx li dejjem ser tirbaħ

Kulħadd jitlef xi darba jew oħra. Mʼinti ser tieħu xejn jekk toqgħod tagħti t-tort lill-plejers jew lill-arbitru.

Tgħallem mit-telfa! Kun af lill-kompetituri tiegħek... imma anki lill-kumpanija tiegħek. Ħalli l-iżbalji jkunu raġuni għat-tkabbir. Mhux faċli li tirbaħ, u hekk għandu jkun. Jekk titgħallem mill-iżbalji tkun aktar kompetenti d-darba li jmiss. Mʼhijiex kwistjoni li tirbaħ kull logħba; iżda li tasal fl-ewwel pożizzjoni maż-żmien. Imma l-ewwel ħaġa: agħmel l-ewwel pass!

 

Links relatati:

Global Savings Group

CupoNation

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.