Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 21 April 2023
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Erba’ regoli tad-deheb biex tindirizza s-sindromu ta’ impustur fuq il-post tax-xogħol

Is-sindromu ta’ impustur huwa sens ta’ inadegwatezza li jesperjenzaw ħafna persuni, anke meta jkollhom suċċess fil-qasam tagħhom. Jista’ jġiegħel lil dak li jkun li jħoss li ma jistħoqqlux is-suċċess tiegħu u li ma għandux daqstant talenti bħall-oħrajn. Dan huwa l-mod kif għandek tindirizza dan is-sindromu.

Four golden rules to deal with imposter syndrome in the workplace

Ftakar fil-kisbiet tiegħek

Is-sindromu ta’ impustur jista’ jġiegħlek timminimizza l-kisbiet tiegħek jew saħansitra tinjorahom għalkollox. Għaldaqstant, huwa importanti li tiffoka fuq il-kisbiet tiegħek u tfakkar lilek innifsek għalfejn inti kkwalifikat(a) għar-rwol. Minflok ma tagħti l-mertu tas-suċċessi tiegħek lill-fortuna, għandek tikteb ir-raġunijiet għala inti l-aħjar persuna għall-impjieg. Li tikteb l-affarijiet jista’ jgħinek tara l-affarijiet b’mod ċar u tirrikonoxxi l-kisbiet tiegħek. Għandek iżżomm ukoll reġistru bil-kummenti pożittivi kollha li saru mill-klijenti dwar proġetti li ħdimt fuqhom int. Dan huwa mod tajjeb ħafna biex tirrifletti fuq il-kisbiet tiegħek b’mod aktar ċar u huwa mod effettiv biex tiġġieled is-sindromu ta’ impustur.

Tkellem ma’ ħaddieħor dwar kif qed tħossok

Is-sindromu ta’ impustur huwa komuni fuq il-post tax-xogħol, u m’intix l-unika persuna li qed tindirizza sentimenti ta’ dubju dwarek innifsek. Dan jista’ jġiegħlek tħossok iżolat(a), għaldaqstant huwa importanti li titkellem b’mod kunfidenzjali ma’ xi ħadd fuq il-post tax-xogħol. Li żżomm is-sentimenti tiegħek għalik innifsek jista’ jkun ta’ detriment għall-benesseri mentali tiegħek, u dan iwassal biss biex is-sindromu ta’ impustur ikompli jikber u jsir aktar diffiċli biex jiġi indirizzat fuq il-post tax-xogħol. L-inkoraġġiment tal-kollegi sħabek jista’ jgħinek tiffoka mill-ġdid u jipprovdilek perspettiva ġdida għall-valur reali li inti tagħti lill-kumpanija tiegħek.

Ieqaf qabbel lilek innifsek mal-oħrajn

Li tqabbel lilek innifsek mal-oħrajn fuq il-post tax-xogħol jista’ jagħmel ħsara lill-kunfidenza tiegħek, b’mod partikolari jekk qed tesperjenza s-sindromu ta’ impustur. Jista’ jkun faċli li wieħed jiffoka fuq is-suċċessi ta’ persuni oħra, filwaqt li jinjora tiegħu/tagħha. Ta’ spiss ma nkunux nafu ċ-ċirkustanzi ta’ persuni oħra. Jekk tieqaf u taħseb dwarha, il-biċċa l-kbira tal-kollegi tiegħek mhumiex qed iwettqu xi ħaġa li inti m’intix kapaċi twettaq. Huwa importanti li żżomm l-affarijiet f’perspettiva u tiffoka fuq il-kejl tal-kisbiet tiegħek stess minflok ma tqabbilhom ma’ dawk tal-kollegi tiegħek. Jekk issib ruħek ta’ spiss tqabbel lilek innifsek ma’ ħaddieħor fuq il-post tax-xogħol, ftakar fil-kisbiet tiegħek u kun af li kulħadd, xi mument jew ieħor, ikollu s-sindromu ta’ impustur.

Kun kburi(ja) bis-suċċessi tiegħek

Jista’ jkun diffiċli li nitkellmu dwar il-punti b'saħħithom u l-kisbiet tagħna. Ħadd ma jrid jiġi pperċepit bħala wisq kunfidenti jew arroganti. Madankollu, xi drabi jkun aħjar li tirrikonoxxi b’mod attiv is-suċċessi u tkun kburi(ja) bihom, speċjalment jekk qed tipprova tiġġieled is-sindromu ta’ impustur. Id-darba li jmiss li tħoss li kkontribwejt għal proġett jew kompitu, għandek tiċċelebra dan mat-tim u l-maħbubin tiegħek. Għandek tevita li ddawwar id-diskors jew li timminimizza r-rwol tiegħek u tidra li l-kisbiet tiegħek jiġu rikonoxxuti.

Idea tajba ta’ negozju tista’ ddaħlek fid-dinja tal-intraprenditorija, iżda rutina robusta ta’ kuljum tista’ żżommok fit-triq għas-suċċess. Jekk inti imprenditur żagħżugħ, iċċekkja dawn is-suġġerimenti biex jgħinuk tikseb l-għanijiet tiegħek.

 

Links relatati:

Inti imprenditur żagħżugħ?Dawn id-drawwiet jgħinuk ikollok aktar suċċess

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.