Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 30 Ġunju 2025
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Għandek tagħmel il-pass u tmur tgħix barra minn pajjiżek?

Tħajrek l-idea li tgħix u taħdem barra minn pajjiżek? Hawn se ssib kif tista’ tieħu d-deċiżjoni u twettaq il-pjan tiegħek fil-prattika.

Should you make the leap and move abroad?

Bħalissa, madwar 17-il miljun Ewropew qed jgħixu u jaħdmu f’pajjiż differenti mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Jekk qed taħseb biex tagħmel bħalhom iżda għandek xi mistoqsijiet u – possibbilment – dubji, hawn se ssib xi affarijiet li għandek tikkunsidra, kif ukoll għajnuniet prattiċi biex jgħinuk issib triqtek.

Sir af “ir-raġuni” tiegħek

Staqsi lilek innifsek għaliex tixtieq tmur tgħix barra minn pajjiżek. Il-fatt li ssir taf ir-raġuni jew ir-raġunijiet tiegħek jgħinek tieħu d-deċiżjoni tiegħek b’aktar ċarezza u fokus. 

Benefiċċji ta’ meta tgħix u taħdem barra minn pajjiżek

Ir-rilokazzjoni lejn pajjiż ieħor, naturalment, għandha l-isfidi tagħha, iżda l-kisbiet ġenerali huma kbar:

  • Titjib fl-impjegabbiltà. L-esperjenza tax-xogħol kollha tgħodd, iżda li taħdem barra minn pajjiżek jagħtik ftit punti addizzjonali f’għajnejn l-impjegaturi futuri: juri li inti tista’ tadatta u għandek moħħok miftuħ, aktarx għandek esperjenza fil-kollaborazzjoni ma’ persuni b’kulturi u personalitajiet differenti u ma tibżax tieħu riskji u tagħti sfida lilek innifsek.
  • Esperjenzi tal-ħajja ġodda. Li tmur tgħix barra minn pajjiżek hija opportunità biex tara aktar mid-dinja u tiltaqa’ ma’ aktar nies minn madwarha, li l-istejjer tal-ħajja u l-esperjenzi tagħhom jistgħu jkunu ferm differenti minn tiegħek. Li tgħix barra minn pajjiżek jista’ jattira wkoll dik il-parti avventuruża tiegħek u x-xewqa tiegħek li tesplora kulturi u stili ta’ ħajja ġodda.
  • Opportunità biex titgħallem lingwa ġdida. Bosta kumpaniji fl-Ewropa, speċjalment dawk multinazzjonali, jitkellmu bl-Ingliż. Dan ifisser li teknikament, tgħaddi fil-pajjiż il-ġdid mingħajr ma titkellem lingwa oħra, speċjalment peress li llum il-ġurnata, kważi nofs il-popolazzjoni Ewropea titkellem l-Ingliż bħala t-tieni lingwa. Madankollu, m’hemmx opportunità aħjar biex titgħallem lingwa barranija milli fil-pajjiż fejn din tiġi mitkellma: se jkollok bosta opportunitajiet biex tipprattika u, fl-aħħar mill-aħħar, il-ħajja hija sempliċiment aktar faċli meta tista’ tifhem u tikkomunika bl-ilsien lokali.
  • Żieda fl-indipendenza u l-kunfidenza. Li tmur tgħix f’ambjent kompletament ġdid hija l-aqwa opportunità biex turi kemm tista’ tadatta. Li tadatta f’pajjiż ġdid, għal kultura ġdida u impjieg ġdid jirrikjedi livell għoli ta’ paċenzja, flessibbiltà u, xi drabi, li jkollok ir-riżorsi, biex jgħinuk tikber kemm personalment kif ukoll fuq livell professjonali, u tibni d-dipendenza fuqek stess. 

Ikkonvinċejtni, issa xi jmiss?

  • Sib xogħol! Li ssib impjieg qabel jew ftit wara li tasal fil-pajjiż il-ġdid se jtaffi ħafna mill-istress ta’ meta tmur tgħix barra minn pajjiżek. Ikkuntattja Konsulent tal-EURES hekk kif tiddeċiedi li titlaq; se jiggwidak matul il-proċess kollu biex issib xogħol u tmur tgħix barra minn pajjiżek. Tista’ wkoll tingħaqad f’avveniment tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi: dawn il-fieri ta’ reklutaġġ online u fuq il-post madwar l-Ewropa kollha jqabblu lill-persuni li qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi minn madwar il-kontinent kollu u joffru informazzjoni prattika dwar il-ħajja u x-xogħol barra minn pajjiżek.
  • Ħu ħsieb il-loġistika: Dawn jinkludu tiftix ta’ akkomodazzjoni; ippakkjar u trasport tal-affarijiet tiegħek; ftuħ ta’ kont bankarju fil-pajjiż ġdid; tiftix ta’ skola xierqa jekk se tirriloka f’pajjiż ġdid bit-tfal; reġistrazzjoni għal kopertura tas-saħħa malajr kemm jista’ jkun; u fehim tar-regoli tat-taxxa u kif japplikaw għalik bħala espatrijat. 

Fl-artiklu li jmiss, se nagħtu titwila lejn id-dokumenti kollha li għandek bżonn bħala ċittadin li qed tirriloka f’pajjiż ġdid. 

Attwalment qed taħdem barra minn pajjiżek iżda qed taħseb biex tirritorna lura? Aqra l-artiklu tagħna Ix-xogħol barra minn pajjiżek – wasal iż-żmien li tmur lura d-dar? għal tagħrif dwar kif tagħmel id-deċiżjoni t-tajba għalik u kwistjonijiet prattiċi li għandek tikkunsidra.

 

Links relatati:

Mistoqsijiet u tweġibiet:Il-Konsulenti tal-EURES iwieġbu mistoqsijiet minn persuni li qed ifittxu impjieg

Mistoqsijiet u tweġibiet Parti 2:Il-Konsulenti tal-EURES iwieġbu mistoqsijiet minn persuni li qed ifittxu impjieg

Aqra aktar: 

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħolfil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li jmiss

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.