Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 April 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif terġa’ lura għax-xogħol wara waqfa twila fil-karriera

Jekk kellek titlaq mix-xogħol tiegħek biex tieħu ħsieb membru tal-familja, kont fuq liv tal-ġenituri, jew kont fuq liv sabbatiku – ir-ritorn lura għax-xogħol wara waqfa twila fil-karriera jista’ jkun diffiċli. Dawn huma xi ftit suġġerimenti biex jgħinuk terġa’ lura fid-dinja tax-xogħol.

How to get back to work after a long career break

Ara kif inbidlet l-industrija tiegħek

Kull industrija tinbidel maż-żmien, xi wħud aktar minn oħrajn. Huwa importanti li taqra xi ftit dwar kif is-settur tiegħek inbidel matul il-waqfa fil-karriera tiegħek. Tista’ tagħmel dan, pereżempju, billi tiċċekkja siti web speċifiċi għall-industrija u kanali tal-midja soċjali. Tibżax tingħaqad ma’ networks u fora speċifiċi għall-industrija u tistaqsi lill-pari tiegħek għal parir.

Aġġorna l-ħiliet tiegħek

Jista’ jkun li matul il-waqfa fil-karriera tiegħek sar hemm domanda akbar għal sett ġdid ta’ ħiliet. Jew forsi teħtieġ taġġorna l-ħiliet professjonali tiegħek minħabba li ma użajthomx għal xi żmien. Tkun xi tkun ir-raġuni, ħu l-ħin biex tipprattika jew taġġorna l-ħiliet professjonali tiegħek. Pereżempju, tista’ tagħmel kors ta’ aġġornament online jew fil-komunità lokali tiegħek.

Aġġorna s-CV tiegħek

Issa li tixtieq terġa’ lura fis-suq tax-xogħol, jeħtieġ taġġorna s-CV u l-profil ta’ LinkedIn tiegħek (jekk għandek wieħed). Kun ċert li tinkludi kwalunkwe ħila u esperjenza professjonali rilevanti u tneħħi kwalunkwe ħaġa li ma tkunx pertinenti għat-tip ta’ impjiegi li se tapplika għalihom. Tibżax turi d-distakk fl-istorja tal-impjieg tiegħek. Tista’ żżid spjegazzjoni (qasira ħafna) għaliha fis-CV tiegħek.

Ikkuntattja Konsulent tal-EURES

L-EURES joffri bażi ta’ data rikka ta’ pożizzjonijiet vakanti biex jgħinek fit-tfittxija tiegħek għal impjieg. Tista’ wkoll tikkuntattja Konsulent tal-EURES f’pajjiżek biex tkun taf aktar dwar kif l-EURES jista’ jgħinek tibni s-CV tiegħek u ssib impjieg. B’aktar minn 3 miljun pożizzjoni vakanti, il-portal tal-EURES huwa l-post l-aktar ideali biex terġa’ lura fis-suq tax-xogħol!

Agħmel kuntatt man-network tiegħek

Jekk kont parti minn network professjonali attiv qabel il-waqfa fil-karriera tiegħek, issa huwa ż-żmien li tieħu vantaġġ minnu. Qatt ma taf minn fejn tista’ tiġi opportunità ta’ xogħol. Fl-agħar każ, tista’ tirċievi xi pariri u suġġerimenti mingħand persuni fl-industrija.

Irrifletti dwar il-waqfa fil-karriera tiegħek

Il-fatt li ma kontx impjegat għal xi żmien ma jfissirx li ma tgħallimtx ħiliet ġodda. Aħseb dwar il-ħiliet u l-esperjenza li ksibt matul il-waqfa fil-karriera tiegħek – speċjalment ħiliet personali bħar-reżiljenza u l-flessibbiltà.

Ikkunsidra kif tista’ tbiddel id-diskrepanza fl-istorja tal-impjieg tiegħek f’qawwa. Probabbilment se tiġi mistoqsi dwar dan waqt intervisti għal xogħol.

Ipprepara biex toħroġ miż-żona ta’ kumdità tiegħek

Ir-ritorn għax-xogħol wara waqfa twila fil-karriera jista’ jkun diffiċli. Kun lest li ssib l-ewwel ftit ġimgħat u forsi saħansitra xhur iebsa. Tista’ ssibha diffiċli biex tadatta għall-vjaġġ ta’ kuljum jew għal jum ta’ xogħol ta’ tmien sigħat. Inti aktar b’saħħtek milli taħseb, u biż-żmien se tidra l-ħajja tax-xogħol.

Aħseb dwar dak li għandek bżonn

Waqfa twila fil-karriera hija wkoll il-ħin perfett biex tikkunsidra d-direzzjoni professjonali li tixtieq tieħu. Aħseb dwar jekk tixtieqx tkompli fl-istess qasam, taqleb għal sottosettur differenti, jew tibda karriera ġdida. Skont il-preferenzi tiegħek, tista’ tesplora għażliet differenti ta’ taħriġ mill-ġdid bħal korsijiet online, klassijiet, traineeships u apprendistati.

Kun persistenti u kunfidenti

Jista’ jgħaddi ż-żmien qabel ma tiġi mistieden għal intervista għal xogħol – l-aktar importanti huwa li ma taqtax qalbek u tibqa’ tfittex. Meta tmur għal intervisti għal xogħol, kun kunfidenti fil-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek. Id-diskrepanza fil-karriera tiegħek ma tiddefinixxix lilek. Fil-fatt, din tista’ tkun l-akbar assi tiegħek.

Kemm jekk int ħaddiem freelance aspiranti jew sid ta’ kumpanija, il-midja soċjali għandha rwol importanti fil-bini tar-reputazzjoni tiegħek. Iċċekkja dawn is-suġġerimenti essenzjali  biex jgħinuk tippreżenta dehra professjonali tajba.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

 

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.