Skont rapport riċenti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, in-nisa li jagħmlu xogħol imħallas mid-dar huma aktar probabbli mill-irġiel li jieħdu ħsieb it-tfal jew membri oħra tal-familja matul il-ħinijiet tax-xogħol. B’riżultat ta’ dan, in-nisa jagħmlu inqas sigħat ta’ xogħol imħallas mingħajr interruzzjoni mill-irġiel.
Il-fatt li jiġu offruti soluzzjonijiet flessibbli tax-xogħol jista’ jtejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-impjegati nisa, iżda jista’ jirriżulta wkoll f’uffiċċji li jsiru dominati mill-irġiel. Post tax-xogħol bi żbilanċ sinifikanti bejn il-ġeneri jista’ jkollu impatt negattiv fuq id-dinamiċi soċjali tal-interazzjonijiet tat-tim. Jista’ jaffettwa wkoll min jieħu liem xogħol u leħen min “jinstema'” - impjegati li jqattgħu aktar ħin fl-uffiċċju jaf jiġu ttrattati mill-maniġers tagħhom b’mod aktar favorevoli minn dawk li jaħdmu mid-dar.
Hekk kif qed jitfaċċaw aktar mudelli ta’ ħidma mħallta, in-negozji jeħtieġ li jieħdu passi proattivi biex jiġġestixxu dan. Hawn taħt ippreparajna xi ftit suġġerimenti li l-impjegaturi jistgħu jsegwu biex jibnu bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol.
Ix-xogħol flessibbli huwa għal kulħadd
Ħalli lill-impjegati tiegħek ikunu jafu li x-xogħol flessibbli huwa għal kulħadd, irrelevanti mill-ġeneru, l-età jew ir-responsabbiltajiet ta’ kura. Politika ċar dwar l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli tal-kumpanija tiegħek għandhom jgħinu jnaqqsu l-inugwaljanzi.
L-impjegati anzjani jistgħu jservu bħala eżempju
Għad hemm kunċett żbaljat komuni li x-xogħol mill-uffiċċju għandu valur akbar mix-xogħol mid-dar. Ħalli lill-impjegati tiegħek jaraw li anke l-aktar rwoli importanti jistgħu jsiru b’mod flessibbli u inkoraġġixxi lill-impjegati anzjani tiegħek biex jaħdmu mid-dar.
Kejjel il-preferenzi tal-impjegati tiegħek
Bosta kumpaniji jwettqu stħarriġ mal-impjegati tagħhom biex jakkomodaw preferenzi u ċirkostanzi individwali. Din hija opportunità tajba biex jiġi mmonitorjat il-bilanċ bejn il-ġeneri ta’ dawk li jixtiequ jiġu lura fl-uffiċċju.
Ħarreġ lill-maniġers tiegħek
Għal bosta kapijiet, il-ġestjoni ta’ timijiet ta’ persuni bbażati f’postijiet differenti għadha xi ħaġa ġdida u ta’ sfida. Kun żgur li l-maniġers tiegħek għandhom il-ħiliet u l-għodod meħtieġa biex jimmaniġġjaw it-timijiet f’mudell ta’ ħidma imħallat.
Żomm il-kanali tal-komunikazzjoni miftuħa
Iż-żamma ta’ komunikazzjoni konsistenti mal-impjegati kollha, irrespettivament minn fejn jinsabu, hija essenzjali. Aċċerta ruħek li dawk li għażlu li jaħdmu mid-dar jiġu ttrattati bħala parti ċentrali tat-tim u jinżammu infurmati dwar l-iżviluppi kollha fil-kumpanija.
Ibqa’ flessibbli
Għadu diffiċli li wieħed ibassar kif il-pandemija kontinwa tal-COVID-10 se taffettwana fil-futur, għaldaqstant huwa probabbli li l-ħtiġijiet tal-impjegati tiegħek se jinbidlu. Immonitorja dawn il-bidliet bi stħarriġiet perjodiċi u aċċerta ruħek li l-politiki tal-kumpanija tiegħek ikunu f’konformità mal-għanijiet ta’ diversità u inklużjoni tagħha.
X’inhu l-aħjar mod biex ħaddiema internazzjonali ġodda jiġu integrati fl-organizzazzjoni tiegħek mill-bogħod? Għandna xi ftit suġġerimenti prattiċi biex ngħinuk.
Links relatati:
Il-kriżi tal-COVID-19 kif se taffettwa d-diviżjonijiet eżistenti bejn il-ġeneri fl-Ewropa?
Suġġerimenti ewlenin għall-onboarding ta’ impjegati internazzjonali ġodda
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Frar 2021
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles