Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (467)
RSS
Tixtieq tispikka fost dawk kollha li qed ifittxu impjieg? Mela ibni identità personali li turi lill-impjegaturi min int verament

Mamertas Petkus mexxa dipartiment f’kumpanija tas-servizzi Litwana qabel ma ddeċieda li kien wasal iż-żmien għal bidla.

Ħafna jibżgħu li l-IA se teħdilhom l-impjieg tagħhom, iżda għaż-żgħażagħ Ewropej qed tiftaħ perkorsi u possibbiltajiet ta’ karrieri ġodda fjamanti.

Il-mod kif tidher online jista’ jagħmel differenza kbira fit-tiftix tiegħek għal impjieg. Dawn huma xi suġġerimenti dwar kif tista’ ssaħħaħ l-marka professjonali tiegħek.

Għandek xi forma ta’ diżabilità u qed tfittex opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiż Ewropew ieħor? Żur il-portal tal-EURES għal informazzjoni dwar l-assistenza li tista’ tistenna.

Inti persuna għadek ħierġa mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ u qed tħoss il-pressjoni biex immedjatament ikollok kollox ippjanat? Dan huwa kif għandek tinnaviga r-realtajiet ta’ meta tibda x-xogħol.

Il-vjaġġ taż-żgħażagħ lejn l-impjieg mhux dejjem ikun faċli. Jekk bħalissa qed tieħu l-ewwel passi tiegħek, kompli aqra biex issir taf x’appoġġ huwa disponibbli għalik.

Il-persuni li qed ifittxu impjieg li jistgħu juru adattabbiltà, ħsieb kritiku u intelliġenza emozzjonali, kif ukoll ħiliet diġitali ewlenin, għandhom jispikkaw fost il-kompetizzjoni f’dinja tax-xogħol li qed tinbidel malajr.

Il-kumpaniji dejjem ifittxu kandidati b’saħħithom u ta’ kwalità għolja, u ż-żgħażagħ fil-bidu tal-karrieri tagħhom huma mira tajba. Hekk tista’ tiġbed l-attenzjoni tagħhom u timpjegahom.

Għandek ’il fuq minn 50 sena u qed taħseb jekk għaddewx l-aħjar jiem tax-xogħol tiegħek? Il-pajjiżi tal-UE qed jagħmlu sforzi biex iżommu lin-nies akbar fl-età fil-forza tax-xogħol, u dan juri li l-età m’għandhiex tkun ostaklu għal karriera twila u sodisfaċenti.