Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (393)
RSSL-EURES qed jiċċelebra 30 sena ta’ servizzi ta’ mobilità tal-impjiegi ta’ kwalità għolja bil-viżjoni li jagħmlu lill-Ewropa destinazzjoni attraenti għall-karriera għal żgħażagħ li qed ifittxu impjieg. Il-Kompetizzjoni tal-Vidjo taż-Żgħażagħ #EURES30 għandha l-għan li tieħdok pass eqreb lejn l-impjieg tal-ħolm tiegħek.
Ġejt mistieden/mistiedna tattendi intervista virtwali tax-xogħol? Filwaqt li l-istess linji gwida ta’ tħejjija ġeneralment japplikaw għall-intervisti kollha, fiżiċi jew virtwali, fil-każ ta’ dawn tal-aħħar hemm xi affarijiet li trid tagħti attenzjoni speċjali għalihom.
Ir-rivoluzzjoni diġitali u n-normalizzazzjoni tax-xogħol mill-bogħod biddlu b’mod sinifikanti l-mod ta’ kif nikkollaboraw fi ħdan u bejn l-organizzazzjonijiet. Il-prevalenza ta’ timijiet transkulturali qed tiżdied b’rata mgħaġġla, u qed tagħti tifsira ġdida ta’ kif jitwettaq ix-xogħol f’tim.
L-era tar-reklutaġġ diġitali qiegħda magħna, u l-impjegaturi qed jirċievu aktar rispons għall-avviżi dwar il-postijiet tax-xogħol tagħhom minn qatt qabel. X’tista’ tagħmel biex tgħin tagħti spinta lill-applikazzjoni tiegħek biex tressaqha ’l quddiem fil-lista tas-selezzjoni? It-tweġiba tista’ tkun l-ittra ta’ akkumpanjament.
Il-persuna medja se tqatta’ madwar terz ta’ ħajjitha taħdem. Peress li l-linji bejn ix-xogħol u l-mistrieħ qed isiru dejjem aktar imċajpra, huwa importanti li nidentifikaw modi kif inżommu dawk id-90 000 siegħa milli jippenetraw fil-bqija ta’ ħajjitna.
L-iżviluppatur tas-software Bram u l-infermiera Kelly daru għall-EURES għal parir biex jiċċaqalqu mill-Belġju lejn l-Iżvezja fil-bidu tal-2020. Erba’ snin wara, huma u ż-żewġ tfal jinsabu kuntenti hemmhekk – minkejja l-isfida tal-emigrazzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19.
Aktar u aktar postijiet tax-xogħol issa qed iħaddnu bis-sħiħ l-era diġitali billi jintroduċu l-IA fil-proċessi tagħhom, filwaqt li jmexxu era ta’ bidla trasformattiva. Bla dubju, l-IA qed tirrivoluzzjona l-mod kif naħdmu, u din hija xejra li rridu naderixu magħha.
L-Ewropa teħtieġ rivoluzzjoni tal-ħiliet hekk kif timxi lejn emissjonijiet żero netti, appoġġata mit-teknoloġiji diġitali.
Il-ħaddiema għadhom eliġibbli biex jitolbu benefiċċji tas-sigurtà soċjali meta jmorru jgħixu fi Stat Membru differenti tal-UE jew pajjiż tal-EFTA.