Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Inti żagħżugħ(a) u għadek kif tibda l-karriera tiegħek? Ir-rivoluzzjoni tal-IA hija magħmula għalik!

Ħafna jibżgħu li l-IA se teħdilhom l-impjieg tagħhom, iżda għaż-żgħażagħ Ewropej qed tiftaħ perkorsi u possibbiltajiet ta’ karrieri ġodda fjamanti. 

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 12 Frar 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari
Young and just starting your career? The AI revolution is built for you!

Mhux talli l-IA mhijiex it-theddida li d-dinja tgħid li hi, iżda talli qed tintroduċi era ġdida ta’ opportunità, speċjalment għal dawk li jidħlu fil-forza tax-xogħol mgħammra b’kompetenza diġitali, adattabbiltà, multilingwiżmu u l-kuraġġ biex jesploraw toroq ġodda. It-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi tal-UE mhumiex biss qed jittrasformaw l-industriji – qed joħolqu perkorsi ta’ karriera kompletament ġodda, u ż-żgħażagħ jinsabu f’pożizzjoni eċċellenti biex imexxu t-triq.

Impjiegi ġodda fuq l-orizzont

Immaġina futur fejn il-kreattività tiegħek issawwar id-disinn tal-interfaċċi tal-IA, fejn il-passjoni tiegħek għas-sostenibbiltà tagħti s-setgħa lill-bliet intelliġenti, jew fejn il-ħiliet multilingwi tiegħek jgħaqqdu timijiet tal-kura tas-saħħa mmexxija mill-IA bejn il-fruntieri. Dak il-futur diġà qed jiżvolġi – u huwa magħmul għalik.

Sal‑2030, l-IA se toħloq aktar impjiegi milli telimina, speċjalment f’setturi b’rata għolja ta’ tkabbir bħat-teknoloġija ekoloġika, l-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa, is-servizzi diġitali u l-‍media kreattiva. Impjiegi bħal “etiċist” tal-IA, disinjatur tal-esperjenza tal-metavers, inġinier tal-qbid tal-karbonju u speċjalista tal-kura kritika remota ma kinux jeżistu għaxar snin ilu, jew kienu estremament niċċa. Sal‑2040, dawn se jkunu integrati – u se jkun hemm domanda kbira għalihom. Rapport ġdid mill-Kummissjoni Ewropea jbassar li f’xenarji fejn l-għodod tal-IA jsiru mifruxa, l-impjieg taż-żgħażagħ se jikber b’mod sinifikanti, speċjalment fis-setturi emerġenti tat-teknoloġija u tal-ambjent.

Is-saħħiet tiegħek huma s-super potenzi tiegħek

Bħala żgħażagħ li qed ifittxu impjieg, għandkom ħafna favur tagħkom. Kbirtu bl-ismartphones, bl-apps u bil-konnettività globali. Tadattaw malajr għal għodod ġodda u titgħallmu mill-‍komunitajiet online. Titkellmu diversi lingwi u ħerqana biex issolvu l-problemi tad-dinja reali. Dawn kollha huma kompetenzi ewlenin meħtieġa għall-forza tax-xogħol ta’ għada, u huwa dak li qed ifittxu l-impjegaturi fl-Ewropa kollha. Huma jridu ħaddiema li jistgħu jinnavigaw il-bidla, jikkollaboraw ma’ kulturi differenti u jaħsbu b’mod kritiku flimkien mal-‍magni.

Il-ftuħ tiegħek għall-mobbiltà huwa vantaġġ ieħor. Kemm jekk inti minn Ateni, minn Lisbona jew minn Tallinn, il-karriera tiegħek tista’ tiftaħlek bibien ġodda – litteralment. Iċ-ċentri tal-IA qed jikbru fi bliet bħal Ġinevra, Kraków u Eindhoven, u joffru rwoli fit-teknoloġija klimatika, fit-‍teknoloġija finanzjarja u fl-awtomatizzazzjoni industrijali.

Il-EURES jagħmel din il-mobbiltà mhux biss possibbli, iżda sikura u appoġġata. Permezz tal-‍EURES, tista’ ssib apprendistati, traineeships u impjiegi f’livell ta’ dħul f’31 pajjiż Ewropew. Il-portal tal-EURES iqabbdek ukoll ma’ postijiet tax-xogħol battala b’rata għolja ta’ tkabbir, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol madwar l-Ewropa, kif ukoll għarfien dwar is-suq tax-xogħol imfassal għall-qasam tiegħek.

Il-futur mhuwiex dwar il-kompetizzjoni mal-magni – huwa dwar il-kollaborazzjoni magħhom. L-‍IA tieħu ħsieb kompiti ta’ rutina, u tippermettilek tiffoka fuq l-innovazzjoni, tiżviluppa strateġiji u tkun kreattiv(a). Dan huwa fejn jinsab il-valur tiegħek, u fejn se jkunu l-impjiegi l-aktar sodisfaċenti.

Allura minn fejn għandek tibda? Esplora l-portal tal-impjiegi tal-EURES għal traineeships relatati mal-IA fit-teknoloġija, f’impjiegi ekoloġiċi fl-inġinerija jew fi rwoli tal-media diġitali f’industriji kreattivi. Attendi avveniment tal-Jum Ewropew tal-Impjiegi biex tiltaqa’ mal-‍impjegaturi wiċċ imb wiċċ jew virtwalment. Żur it-t-taqsima tal-aħbarijiet tal-portal tal-‍EURES għal artikli dwar l-IA, il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali, it-teknoloġija u aktar. Ftakar, ir-‍rivoluzzjoni tal-IA mhijiex ġejja. Tinsab hawn, u hija magħmula għalik.

Il-kampanja “Il-karriera tiegħek tiftaħlek bibien ġodda” hija ddedikata biex tappoġġa lill-‍istudenti, lit-trainees u lill-apprendisti universitarji jew ta’ taħriġ vokazzjonali li qed ifittxu l-‍ewwel impjieg tagħhom barra minn pajjiżhom. Żur il-paġna web iddedikata għal aġġornamenti regolari dwar opportunitajiet ġodda, u oqgħod attent(a) għall-hashtags #withEURES u #EURESjobs fuq il-media soċjali.

 

Links relatati:

L-impatt futur tal-intelliġenza artifiċjali u tat-teknoloġiji diġitali emerġenti fl-Ewropa fuq l-‍impjiegi

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • #withEURES
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.