Wasalt biex tiggradwa u trid tiddeċiedi x’tixtieq tagħmel wara, jew ilek taħdem snin fl-impjieg attwali tiegħek, u tħoss li wasal iż-żmien għal bidla. Liema perkors tal-karriera għandek tieħu?
Għal għexieren ta’ snin, it-tendenza komuni fost il-pajjiżi tad-dinja tal-Punent kienet li n-nies jiġu ggwidati lejn il-perċezzjoni li karriera akkademika jew impjieg fl-uffiċċju jirriżultaw f’sigurtà. Madankollu, skont l-aħħar sejbiet tal-EURES dwar in-nuqqas ta’ ħaddiema u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa, dawn l-impjiegi jidhru b’mod prominenti fuq il-listi tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE f’termini ta’ eċċess ta’ ħaddiema – li jfisser li l-provvista taqbeż sew id-domanda.
Min-naħa l-oħra, in-nuqqas jaffettwa b’mod sinifikanti s-settur tas-snajja’, fejn il-postijiet ta’ impjieg jaqbżu l-provvista ta’ persuni kwalifikati disponibbli.
Skont ir-rapport, ħamsa mill-aktar 10 impjiegi b’nuqqas ta’ ħaddiema fl-UE huma snajja’ fl-oqsma:
- tal-iwweldjar/tal-qtugħ bil-fjamma
- tal-plumbing/tas-sistemi ta’ pajpijiet
- tal-mekkanika tal-karrozzi
- tal-issettjar ta’ metall/magni
- tal-elettriku
Barra minn hekk, previżjonijiet reċenti juru li f’xi industriji (eż. il-karozzi, il-prodotti tal-metall, it-tagħmir elettriku), l-avvanz teknoloġiku se jkun tant kbir li huwa mistenni li sal-2035 se jammonta għall-maġġoranza (55 %) tal-postijiet ta’ impjiegi fis-settur tat-teknoloġija avvanzata.
Jekk din id-data mhijiex biżżejjed biex twasslek biex tikkunsidra mill-ġdid l-aspirazzjonijiet tal-karriera tiegħek favur sengħa, dawn huma xi ftit raġunijiet oħra:
Firxa wiesgħa ta’ perkorsi tal-karriera. Mill-impjiegi l-aktar tradizzjonali (eż. mastrudaxxa, plumber, elettriċista) sal-impjiegi tal-“era l-ġdida” (fis-setturi tal-installazzjoni solari, tal-enerġija mir-riħ, tal-tal-HVAC), hemm lista bla tmiem ta’ professjonijiet li tista’ tagħżel minnhom, abbażi tal-ħiliet u l-inklinazzjonijiet tiegħek.
Potenzjal ta’ qligħ kbir. Minħabba n-nuqqas imsemmija hawn fuq, hemm domanda għolja ħafna għal snajja’ speċjalizzati. Dan jissarraf fi qligħ kbir hekk kif tikseb esperjenza u tavvanza b’mod kostanti l-kariga tiegħek fost l-aktar professjonisti mfittxija fil-qasam.
Aktar kontroll fuq l-iskeda tiegħek. Ma tħobbx ir-rutina? Karriera f’impjieg tas-sengħa tista’ tkun għalik. Huwa aktar probabbli li taħdem bħala kuntrattur indipendenti, jew saħansitra tistabbilixxi n-negozju tiegħek stess; dawn iż-żewġ għażliet jwasslu biex tevita l-ħinijiet mid-9 sal-5.
Opportunitajiet ta’ taħriġ għal kulħadd; żgħażagħ, u dawk fi tranżizzjoni ta’ nofs il-perkors tal-karriera tagħhom. Permezz ta’ apprendistati u taħriġ vokazzjonali, l-UE tipprovdi ħafna opportunitajiet biex tikseb esperjenza imprezzabbli fis-sengħa tal-għażla tiegħek, kemm jekk tkun qed tibda kif ukoll jekk tkun qed tibda mill-ġdid.
Futur promettenti għas-snajja’
Hekk kif ir-rivoluzzjoni teknoloġika qed tavvanza ’l quddiem, it-tranżizzjoni doppja (ekoloġika u diġitali) tinsab għaddejja sew, u l-espansjoni inevitabbli tal-bliet tagħna li tirrikjedi provvista kbira ta’ impjegati kapaċi, m’hemm l-ebda dubju li s-snajja’ se jkollhom rwol kruċjali f-t-tiswir tad-dinja tagħna. Ma tixtieqx tkun parti minn din it-trasformazzjoni enormi?
Tixtieq issir taf aktar dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa? Aqra r-rapport tal-EURES tal-2023 hawnhekk.
Links relatati:
Għodod tas-Cedefop: Skills Forecast (Previżjonijiet tal-Ħiliet), Skills-OVATE, European database on apprenticeship schemes (Bażi tad-data Ewropea dwar skemi ta’ apprendistat)
Aqra aktar:
Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi
Kundizzjonijiet tal-ħajja u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq X
Il-EURES fuq LinkedIn
Il-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Ġunju 2024
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Construction
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles