Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet10 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Mhux jiena, int: Kif għandek tindirizza ċaħda ta’ xogħol

Kollha għaddejna minnha. Ktibt CV tajba ħafna, fassalt ittra ta’ introduzzjoni perfetta, eċċellajt fl-intervista, stennejt għat-telefonata jew l-email b’nifsek maqtugħ u... irċivejt il-“grazzi, imma le grazzi”. Jekk ikollok ix-xorti li tirċievi mqarr risposta.

It’s not me, it’s you: How to deal with job rejection

Iċ-ċaħda, fi kwalunkwe forma, hija diffiċli li tiġi aċċettata. Anki jekk inti l-aktar persuna kunfidenti fid-dinja, iċ-ċaħda ġġiegħlek tibda tiddubita lilek innifsek. U meta niġu għall-opportunitajiet relatati max-xogħol, il-livell tal-kompetizzjoni fis-suq tax-xogħol modern ifisser li probabbli se taffaċċjaha diversi drabi.

Allura kif tista’ taffaċċja ċ-ċaħda, jew aħjar, iddawwarha għall-vantaġġ tiegħek? Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, ħriġna b’erba’ punti essenzjali li għandek iżżomm f’moħħok:

Iċ-ċaħda... mhux dejjem minħabba fik

Waħda mill-affarijiet ewlenin li m’għandekx kontroll fuqhom waqt il-proċess tat-tfittxija għal xogħol hija dwar min aktar jista’ jkun qed ifittex xogħol miegħek. Irrispettivament minn kemm tissodisfa d-deskrizzjoni tax-xogħol u kemm taf li int perfett/a għar-rwol, dejjem hemm ċans li xi ħadd hemm barra għandu xi ftit aktar esperjenza. Dawk il-ftit ħiliet addizzjonali. Dik il-kwalifika addizzjonali. Ċertament differenzi żgħar, iżda meta 100 persuna jkunu applikaw għall-istess xogħol ħafna drabi dawn ikunu biżżejjed biex jagħmlu lil dik il-persuna tispikka fuq kulħadd.

Li tagħraf dan se jgħinek tifhem li ċ-ċaħda ma tfissirx li inti ħażin/a. Tista’ sempliċiment tfisser li fl-istampa kien hemm xi ħadd ftit aktar ikkwalifikat. Taqtax qalbek u d-darba li jmiss, dak ix-xi ħadd jista’ jkun int!

Iċ-ċaħda... tista’ tkun esperjenza tajba ta’ tagħlim

Iktar ma tapplika għal xogħlijiet, iktar issir tajjeb fil-mod kif tapplika. Bl-istess mod, iktar ma tieħu sehem f’intervisti, iktar se tkun taf x'għandek tistenna u kif tipprepara lilek innifsek. Itlob għal rispons kull meta jiġik iċ-ċans u kun żgur li tieħu kollox abbord. B'dan il-mod, iċ-ċaħda tista’ fil-fatt tgħinek tirfina l-approċċ tiegħek għat-tfittxija għal xogħol u ttejjeb l-opportunitajiet tiegħek li ssib xogħol aktar 'il quddiem.

Iċ-ċaħda tista’ tfisser li hemm xi ħaġa aħjar qed tistenniek

Qatt ma tista’ tgħid x'se jiġrilek fil-minuta li jmiss, fis-siegħa li jmiss, fil-ġurnata li jmiss. Minflok tara ċ-ċaħda bħala falliment, għaliex ma tħarisx lejha bħala opportunità? Kien x’kien ix-xogħol li tlift, għandek iċ-ċans li tieħu vantaġġ minn li jmiss u fejn taf? Jaf ikun ħafna aħjar.

Iċ-ċaħda... tista’ tagħti spinta lill-kunfidenza fik innifsek

Tinstema’ kontrointuwittiva, iżda li tesperjenza ċaħda tista’ fil-fatt tkun pożittiva. Iċ-ċaħda tgħinek tagħraf affarijiet dwarek innifsek li jaf ma nnutajtx qabel u wkoll tidentifika r-raġunijiet veri għas-sentimenti negattivi tiegħek. Jekk tinsab imdejjaq għax ma ntgħażiltx għax-xogħol, dan għax verament ridtu? Jew jista’ jkun għax għajjejt miċ-ċaħda? Li tistaqsi dawn it-tipi ta’ mistoqsijiet lilek innifsek jista’ jkun mezz ewlieni biex taġġusta l-istrateġija tiegħek tat-tfittxija għal xogħol u li tikseb suċċess.

Din iż-żieda fl-għarfien tiegħek innifsek se tgħinek ukoll biex mhux biss tagħraf li mhux int kont il-problema, li tista’ tkun esperjenza tajba ta’ tagħlim, li hemm xi ħaġa aħjar tistenniek – iżda li verament temminha. Se tibda tara li filwaqt li ċ-ċaħda dejjem se tweġġa’, mhijiex l-aħħar tad-dinja. Hija biss parti regolari tal-ħajja u xi ħaġa li tista’ tużaha biex tissaħħaħ.

Trid tagħti spinta lill-opportunitajiet tiegħek li tibdel dik il-“grazzi, imma le grazzi” għal “intgħażilt”? L-artiklu tagħna Il-Ħames Regoli tal-‘S’ biex tikteb ittra ta’ introduzzjoni tal-ġenn fih xi pariri mill-aqwa.

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.