Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (474)
RSSIl-volontarjat barra mill-pajjiż jista’ jbeżża’ lil xi wħud, iżda jista’ jkun esperjenza li tassew ittik sodisfazzjon u li tiftaħ possibbiltajiet ġodda. Dawn huma l-ħames raġunijiet ewlenin tagħna għaliex naħsbu li għandek tippruvah!
Id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni rrikonoxxa l-aqwa ħames karigi fil-midja soċjali tal-kampanja #EUmovers.
Qed taħseb biex tmur tgħix il-Ġermanja minħabba xogħol? EURES għandu ħafna informazzjoni biex jgħinek issib ix-xogħol u tagħmel tranżizzjoni bla xkiel.
Fi Frar, il-Persunal tal-EURES miz-Zentrale Auslands- und Fachvermittlung (ZAV) fis-Sassonja t’Isfel-Bremen, il-Ġermanja, ingħaqad ma’ wieħed mill-ikbar parks tas-safari tal-Ewropa biex jospita żewġ avvenimenti ta’ reklutaġġ fl-Italja.
L-istejjer ta’ suċċess jibqgħu ġejjin minn EURES Spanja. Wara Juan Carlos u Alejandra, il-benefiċjarju ta’ EURES Lara qasmet magħna l-istorja tagħha, inkluż xi suġġerimenti utli u pariri ta' ispirazzjoni, fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ EURES Spanja.
Aktar minn 2 biljun ruħ jużaw il-midja soċjali kuljum sabiex ikellmu lil sħabhom, jaqsmu ritratti, jaraw vidjows tad-daħk... iżda din għandha użi siewja oħrajn ukoll. F’dan l-artikolu, sejrin nesploraw għaliex il-midja soċjali tista’ tkun il-mod perfett sabiex issib impjieg tal-ħolm.
L-istampar 3D huwa industrija li qed tikber b’rata mgħaġġla, li toffri aktar impjiegi u opportunitajiet kull sena. Biex jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet, in-nies jeħtieġu l-ħiliet u l-għarfien it-tajbin. Dan huwa fejn jidħlu proġetti bħal 3D-Help.
Paolo Camaioni kien jaf li kellu bżonn bidla. Bl-appoġġ tal-EURES, mill-Italja mar jgħix il-Litwanja u ma ħarisx lura minn dak iż-żmien ’l hawn.
“Sirt inħobb lill-Iżvezja mill-ewwel btala tiegħi f’dan il-pajjiż,” qalet Kirsten van Agthoven. “Meta kelli għaxar snin, diġà kont nixtieq immur ngħix l-Iżvezja. L-aktar li kont inħobb kienet in-natura. Kienet differenti ħafna minn dik ta’ pajjiżi.”
Għall-mużiċisti f’orkestri internazzjonali, il-Ġermanja hija pajjiż attraenti fejn jaħdmu. Il-pajjiż għandu tradizzjoni rikka fil-mużika klassika u għandu fi ħdanu aktar minn 50 orkestra filarmonika.