Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

5 suġġerimenti biex il-midja soċjali taħdem għall-organizzazzjoni tiegħek

Il-midja soċjali hi għodda tajba ħafna għan-negozji, iżda li sempliċiment ikollok kont fuq Facebook jew Twitter m’għadux biżżejjed biex jagħmlek tispikka mill-bqija tan-nies. Kif tuża l-midja soċjali qed jintrabat dejjem aktar mas-suċċess, b’mod partikolari bid-diġitalizzazzjoni dejjem tiżdied tal-biċċa l-kbira tal-udjenzi fil-mira.

5 tips for making social media work for your organisation

Artiklu reċenti fuq is-sit web ta’ The Guardian enfasizza kumpaniji li qed iħaddmu l-midja soċjali u dan ġegħelna naħsbu dwar l-aqwa suġġerimenti għal negozi u organizzazzjonijiet biex jisfruttaw bl-aħjar mod il-potenzjal tal-midja soċjali tagħhom.

Agħmel pjan u żomm miegħu

Hu magħruf ħafna li strateġija tal-midja soċjali hi parti essenzjali biex ikollok preżenza effettiva fuq il-midja soċjali. Dawn l-istrateġiji jippermettulek tiffoka fuq dak li hu importanti għan-negozju tiegħek, lil min qiegħed tipprova tilħaq u x’tip ta’ messaġġi tixtieq twassal. Jingħata l-parir ukoll li tissettja kalendarju għall-kontenut tal-midja soċjali għaliex dan jippermettilek tippjana l-kontenut tiegħek bil-quddiem u tantiċipa kwalunkwe avveniment jew okkorrenza prinċipali partikolari li tista’ tieħu vantaġġ minnhom.

Sir af l-udjenza tiegħek

L-użu ta’ għodda ta’ riċerka tal-midja soċjali bħal Facebook Audience Insights u tfittxija bil-grafika ta’ Facebook, jew għodod li jinfluwenzaw bħal Buzzsumo, Buzzstream u Tweepi, jistgħu jġegħluk tifhem aħjar l-interessi u l-imġiba tal-udjenza fil-mira tiegħek, u l-konnessjonijiet tagħhom fuq il-midja soċjali. Dan l-għarfien miksub permezz ta’ dawn l-għodod imbagħad jista' jintuża biex jgħinek tiżviluppa kontenut aktar effettiv tal-midja soċjali.

Agħżel pjattaformi tajbin għalik

Hemm ħafna pjattaformi tal-midja soċjali hemm barra, fejn kull waħda toffri benefiċċji u żvantaġġi differenti skont ir-rekwiżiti tiegħek. Jista’ jkun li jkun aktar effettiv għall-organizzazzjoni jew għan-negozju tiegħek jekk tiffoka fuq waħda jew tnejn minnhom, għaliex iż-żamma ta’ kontijiet fuq kull waħda minnhom jista’ jkun proċess li jieħu l-ħin. Ikkunsidra x’siti huma popolari fost l-udjenza fil-mira tiegħek u liema joffru karatteristiċi li l-aħjar jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħek.

Ipperfezzjona t-tattiċi tal-involviment tiegħek

L-importanza li tinvolvi ruħek b’mod effettiv mal-udjenza fil-mira tiegħek ma tistax tiġi sottovalutata u ser tgħinek ukoll tiggwida l-kontenut li tiżviluppa. Ċerti suġġetti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tagħhom aktar faċilment minn oħrajn, filwaqt li ċerti tipi ta’ midja f’messaġġ jistgħu jkunu aktar popolari. L-umoriżmu jista’ jkun approċċ tajjeb (jekk xieraq), jew anki jekk tistaqsi mistoqsijiet li jqajmu rispons. Jekk tkompli l-konverżazzjoni, dan ser jgħinek tiġġenera sens ta’ komunità relatat man-negozju jew mal-organizzazzjoni tiegħek.

Fassal il-kontenut tiegħek

Jista’ jkollok it-tentazzjoni li ttella’ l-istess kontenut fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali – b’mod partikolari b’siti bħal Facebook u Twitter li jippermettulek tagħmel dan awtomatikament billi jingħaqdu l-kontijiet. Bil-ħolqien ta’ kontenut iddedikat imfassal għal kull pjattaforma, tista’ timmassimizza l-ilħuq u l-impenn tiegħek mas-segwaċi tiegħek. Twitter hu tajjeb biex tistaqsi mistoqsijiet u ttella’ sejħiet għall-azzjoni, waqt li Facebook hu adatt għal vidjows u kompetizzjonijiet. Instagram hu post tajjeb ħafna għal ritratti u viżwali, u LinkedIn hu l-pjattaforma għal messaġġi itwal u gruppi ta’ diskussjoni.

Hemm ħafna iktar aspetti tal-midja soċjali li stajna koprejna f’din il-lista, iżda nittamaw li dawn il-ħames pariri ewlenin tawk punt ta’ tluq tajjeb. Il-midja soċjali għandha potenzjal enormi għall-komunikazzjoni, għalhekk ara li tieħu vantaġġ minn dak li hemm disponibbli!

 

Links relatati:

Artiklu reċenti fuq is-sit web ta’ The Guardian

Kalendarju għall-kontenut

Facebook Audience Insights

Buzzsumo

Buzzstream

Tweepi

Pjattaformi tal-midja soċjali hemm barra

 

Aqra aktar:

Jiem tal-Impjieg Ewropew

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.