Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Jannar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

mpjieg ġdid fl-Awstrija jiftaħ orizzonti għal persuna Slovena li qiegħda tfittex ix-xogħol

Ana-Marija Vratanar, minn villaġġ żgħir fis-Slovenja, kienet ilha tfittex impjieg tajjeb f'pajjiżha qabel ma rat post tax-xogħol vakanti li qanqal il-kurżità tagħha.

A new job in Austria opens up horizons for Slovenian jobseeker
Ana Marija

Ana-Marija Vratanar, minn villaġġ żgħir fis-Slovenja, kienet ilha tfittex impjieg tajjeb f'pajjiżha qabel ma rat post tax-xogħol vakanti li qanqal il-kurżità tagħha. L-impjieg reklamat fiċ-ċentru tal-impjiegi lokali tagħha kien għal pożizzjoni f'lukanda mmexxija minn familja fl-Awstrija. "Ħsibt bejni u bejn ruħi, għala le?" Għalhekk għamlet kuntatt mal-Konsulent tal-EURES, Žarko Markovič, ibbażat f'Ljubljana.

"Kelli ħafna impjiegi fis-Slovenja. Ħdimt f'bars u f'ristoranti, u bħala għalliema fi skola primarja fejn għent lil tfal li għandhom problemi biex jitgħallmu," spjegat Ana-Marija. "Iżda l-impjieg fl-Awstrija offrieli l-possibilità li nivjaġġa u ntejjeb il-Ġermaniż tiegħi."

Marret Ljubljana għal intervista fejn Žarko għenha twieġeb mistoqsijiet li kellha, u ggwidha matul il-proċess tal-intervista. "Għidtilha x'tip ta' dokumenti se jkollha bżonn, u għentha tipprepara ruħha għall-intervista. Huwa dejjem ta' sodisfazzjon għalija li nara tqabbil b'suċċess bejn xi ħadd li qed ifittex xogħol li jiġi għandna u impjieg tajjeb barra mill-pajjiż."

L-għajnuna tiegħu tat il-frott tagħha u ngħatat l-impjieg. "Issa ilni impjegata mil-lukanda għal żewġ staġjuni tax-xitwa," tgħid kuntenta Ana-Marija. Ħadmet ħafna fuq il-Ġermaniż tagħha u issa tista' titkellem il-lingwa b'mod kompetenti. "Ninsab ċerta li l-esperjenza tiegħi għenitni nsir aktar impjegabbli f'pajjiżi."

Ana-Marija hija ħerqana li tinkoraġġixxi lil oħrajn biex jippruvaw jakkwistaw impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE.

"Il-parir tiegħi huwa li tippruvaw. Dejjem hija opportunità biex titgħallem dwar innifsek u fl-istess ħin titgħallem kultura ġdida." X'inhu l-parir tiegħek għal dawk li se jibdew jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE?

"Trid tmur tajjeb man-nies u tkun miftuħa għall-fatt li l-affarijiet jistgħu jsiru b'mod differenti meta tmur tgħix f'pajjiż ieħor. Hija wkoll kwistjoni ta' rispett, jeħtieġ li tirrispetta l-mod ta' kif jgħixu u jaħsbu l-oħrajn. Hija kollha kemm hi opportunità biex titgħallem u biex tiżviluppa l-karattru tiegħek stess," hija tgħid.

 

Links relatati:

L-għajxien u x-xogħol fl-Awstrija

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuqTwitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.