Il-kumpanija hija bbażata fil-Golf ta’ Ġenova, fl-Italja ta’ Fuq, u topera madwar il-Mediterran u lil hinn. Gianfranco jaħdem ma’ grupp żgħir ta’ persunal speċjalizzat, li ħafna minnu huma kelliema nattivi tat-Taljan. Madankollu, il-lingwa tax-xogħol ewlenija fid-dinja marittima professjonali hija l-Ingliż.
Filwaqt li żamm dan f’moħħu, Gianfranco ried iġib trainee minn barra b’livell tajjeb ħafna tal-Ingliż. Huwa sar jaf dwar il-programm tal-mobilità fix-xogħol tal-UE L-ewwel xogħol EURES tiegħek (YfEj) meta ltaqa’ ma’ Marirosa Chiocca, Konsulenta tal-UERES fiċ-Citta Metropolitana di Genova.
Appoġġ finanzjarju u amministrattiv
Gianfranco malajr impjega trainee li titkellem bl-Ingliż mill-Estonja li jisimha Mari, wara proċess ta’ reklutaġġ li mar tajjeb ħafna. “Is-sit web ta’ YfEj huwa utli ħafna u faċli, u kellna wkoll għajnuna kbira minn Marirosa [Konsulenta tal-EURES].”
Mari kienet xierqa ħafna għall-kumpanija u saret membru full-time tat-tim wara traineeship ta’ suċċess. Minn dakinhar, Gianfranco impjega t-tieni trainee permezz tal-programm ukoll.
“Konna kuntenti ħafna bl-appoġġ ipprovdut lit-trainee u lill-kumpanija tagħna,” jgħid. “Il-benefiċċji finanzjarji joffru appoġġ tajjeb.”
Referenza ta’ suċċess
Allura, Gianfranco jirrakkomanda l-esperjenza tiegħu bl-iskema YfEj lil impjegaturi oħra fil-pożizzjoni tiegħu?
“Diġà għamilt hekk!” jgħid. “Issuġġerejtha lill-mara tiegħi.”
Għalkemm hija wkoll sid ta’ negozju, il-mara ta’ Gianfranco, Gabriella Minuzzo, tispeċjalizza f’settur kompletament differenti li r-reġjun Valle d’Aosta huwa magħruf sew għalih: il-produzzjoni tal-inbid.
Gabriella għandha l-vinja u l-fabbrika tal-inbid tagħha, u timmaniġġja wkoll il-lukanda li toffri rqad u kolazzjon “Maison d'Hotes Victoret”, fejn il-viżitaturi tagħha jistgħu jiskopru l-wied sabiħ fejn tkabbar l-għeneb tagħha.
“Ir-raġel tiegħi, li huwa inkarigat minn attività oħra, kien diġà applika għal din l-opportunità [ma’ YfEj] bil-kumpanija tiegħu u ssuġġerieli li noffri traineeship lil ħaddiem żagħżugħ,” tispjega Gabriella.
Bħal Gianfranco, Gabriella impjegat żewġ trainees permezz tal-programm YfEj – wieħed mill-Finlandja, u ieħor minn Franza. It-trainees qassmu l-ħin tagħhom bejn il-vinja, il-fabbrika tal-inbid u l-lukanda li toffri rqad u kolazzjoni.
Benefiċċji reċiproċi għall-impjegaturi u l-impjegati
Il-programm YfEj joffri relazzjoni ta’ benefiċċju b’mod reċiproku li fiha jibbenifikaw kemm l-impjegaturi kif ukoll l-impjegati. “Stajna nsibu lil xi ħadd ieħor f'ċentru tal-impjiegi, iżda qisna YfEj bħala opportunità tajba għat-trainee biex jikseb esperjenza barra u għalina opportunità biex nirċievu għajnuna fix-xogħol tagħna ta’ kuljum,” tispjega Gabriella.
Il-perspettiva internazzjonali li t-trainees minn barra jistgħu jġibu magħhom hija wkoll importanti fl-industrija ta’ Gabriella. “Li jkollna ħaddiem żagħżugħ minn barra kienet ukoll opportunità għalina biex inkunu aktar komdi b’relazzjonijiet internazzjonali u skambju kulturali, ukoll minħabba li parti mix-xogħol tagħna huwa ddedikat biex nilqgħu turisti minn ġol-Italja u minn pajjiżi differenti madwar id-dinja”, tgħid.
Gabriella ħadmet ukoll mill-qrib ma’ Marirosa, li kienet “professjonali ħafna, kompetenti u qalbha tajba.”
“Dejjem kienet lesta biex tappoġġja lilna u lit-trainee b'xi kwistjoni kumplessa,” tispjega Gabriella. “Mingħajr l-appoġġ tagħha, kien ikun diffiċli wisq – saħansitra, impossibbli – biex nimmaniġġjaw.”
“Ninsabu kuntenti ħafna bl-appoġġ li ġie pprovdut lilna u lit-trainee. Il-benefiċċji finanzjarji huma inċentiva tajba u s-sit web huwa wkoll għodda effiċjenti u internazzjonali biex tagħmel talbiet u offerti għal esperjenza ta’ xogħol.”
Il-fatt li kemm Gianfranco kif ukoll Gabriella kellhom esperjenzi tant pożittivi bil-programm YfEj – minkejja li jaħdmu f’setturi differenti ħafna – juri l-benefiċċji li tista’ ġġib l-iskema għat-tipi kollha ta’ impjegaturi.
Jekk għandek ħabib jew membru tal-familja li jista’ jibbenifika milli jimpjega persunal minn barra, għaliex ma ssegwix l-eżempju ta’ Gianfranco u tgħidilhom dwar il-programm L-ewwel xogħol EURES tiegħek illum!
L-ewwel xogħol EURES tiegħek hija skema tal-mobilità fix-xogħol tal-Unjoni Ewropea.Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u taħriġ fl-UE kollha jew biex issib impjegati bil-ħiliet li qed tfittex, ikkuntattja wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-Portal EURES.
Links relatati:
L-ewwel xogħol EURES tiegħek (YfEj)
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Novembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles