Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 2 Ġunju 2020
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Kif in-negozji qed jadattaw għall-kriżi u qed jippreparaw għal futur wara COVID-19

Fl-Ewropa u fid-dinja kollha, kien hemm bżonn li n-negozji jsibu soluzzjonijiet innovattivi b’rispons għal COVID-19.

How businesses are adapting to the crisis and preparing for a future after COVID-19
Shutterstock

Il-parti l-kbira tal-kumpaniji biddlu b’mod temporanju l-prattiki ta’ xogħol tagħhom, pereżempju l-persunal tagħhom beda jagħmel it-telexogħol u l-laqgħat kollha bdew isiru online. Għan-negozji f’xi setturi, din it-tranżizzjoni kienet bla xkiel, iżda għal oħrajn, ma kinitx daqshekk faċli. Għal ħafna intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kien essenzjali li jirreaġixxu malajr għall-bidliet fil-provvista u d-domanda.

Jekk inti impjegatur, jista’ jkun li qed tfittex ispirazzjoni dwar kif tadatta u tippjana għal futur lil hinn mill-COVID-19. Dawn huma xi eżempji ta’ SMEs u negozji ġodda li adattaw l-attivitajiet tagħhom b’mod effettiv:

  • SME bbażata f’ValenciaJeanologia tipprovdi trattament ekoloġiku għall-irfinar għall-ħwejjeġ. Matul il-kriżi, dan kien jinvolvi s-sanitizzar u d-diżinfettar ta’ maskri protettivi tal-wiċċ għall-isptarijiet - madwar 15,000 maskra kuljum. Il-fundatur tal-kumpanija jgħid li n-negozju diġà qed jippjana għall-perjodu wara l-COVID-19, meta se jkun hemm domanda kbira għas-sanitizzazzjoni tal-ħwejjeġ u l-produzzjoni sostenibbli u ekoloġika se tkun essenzjali.
  • Dydu, negozju Franċiż li jispeċjalizza fis-software chatbot, qed joffri chatbots personalizzati li jiġu mgħammra b'għażla ta’ mistoqsijiet frekwenti biex jgħinu lit-timijiet tar-riżorsi umani jappoġġjaw lill-persunal tagħhom. Għalkemm iċ-chatbot innifisha hija bla ħlas, Dydu qed jibni klijentela usa’ għall-futur, filwaqt li jgħin lil negozji oħra jindirizzaw il-kriżi.
  • Veoleo Press, pubblikatur żgħir ta’ kotba edukattivi bil-lingwa Spanjola għat-tfal, malajr identifika l-bżonn li jappoġġja t-tagħlim mid-dar sakemm l-iskejjel jibqgħu magħluqa. Huwa kkollabora ma’ artisti biex jipproduċi karti għat-tpinġija, offruti fuq bażi ta’ ħallas kemm trid, biex jgħin lill-ġenituri jkomplu jgħallmu l-Ispanjol id-dar. Bħala parti mir-rispons estensiv tiegħu għall-kriżi, Veoleo qed joffri wkoll tagħlim bil-vidjo u kontenut ġdid online.
  • 10-Vins huwa negozju ġdid Franċiż li jipproduċi magni speċjalizzati li jirregolaw it-temperatura u l-arjazzjoni biex jottimizzaw id-dewqan tal-inbid. Qabel il-kriżi, il-parti l-kbira tal-bejgħ tiegħu kienet lil negozji b’sommeliers professjonali. Madankollu, wara l-għeluq tal-bars u r-ristoranti, 10-Vins issa għandu fil-mira klijenti privati, u qed jagħti prijorità lill-bejgħ lil dawk li jħobbu l-inbid u li jridu jgawdu inbid ta’ kwalità tajba d-dar matul il-lockdown. Waqqaf ukoll żewġ korsijiet ta’ taħriġ online għall-persuni interessati li jagħmlu l-inbid.
  • B’mod simili, 58-Gin tilef il-klijentela ewlenija tiegħu – il-bars u l-ħwienet tax-xorb – minħabba l-lockdown. Ħa d-deċiżjoni diffiċli li jieqaf jipproduċi l-ġinn artiġjanali tiegħu, iżda identifika l-bżonn għal tip ieħor ta’ prodott ibbażat fuq l-alkoħol biex jappoġġja l-ġlieda kontra l-COVID-19: is-sanitizzatur tal-idejn. In-negozju kien kapaċi jadatta malajr, peress li l-proċess ta’ produzzjoni huwa simili għal dak tal-ġinn u l-ingredjent bażiku - l-alkoħol - huwa l-istess.
  • Oura Health huwa negozju ġdid Finlandiż li jipproduċi l-hekk imsejħa “ċrieket tal-benessri” li jżommu trekk tar-rata tal-qalb, tan-nifs u tat-temperatura tal-ġisem. Oura Health irrealizza li t-teknoloġija tiegħu setgħet tipprovdi twissija bikrija tas-sintomi tal-COVID-19 wara li ġie kkuntattjat minn wieħed mill-klijenti tiegħu li kien ittestja pożittiv għall-virus. In-negozju l-ġdid issa kkollabora fuq studju mal-Università ta’ California San Francisco, u forna 2,000 infermier u infermiera biċ-ċrieket tal-benessri tiegħu u rċieva talbiet simili minn madwar id-dinja.

Għal Oura Health, bħal mhu l-każ għal ħafna minn dawn l-eżempji, il-benefiċċji mhumiex biss finanzjarji. Dawn in-negozji qed joffru soluzzjonijiet għall-problemi kkawżati minn dan il-virus, filwaqt li fl-istess ħin qegħdin jiddiversifikaw in-negozju tagħhom u jibnu reputazzjoni b’saħħitha għall-futur.

 

Links relatati:

Jeanologia

How the Spanish industry is facing COVID-19

Dydu

Crisis communication: the benefits of a chatbot

Veoleo Press

Veoleo’s response to COVID-19 quarantine

10-Vins

Coronavirus: comment 10-Vins pallie la baisse d'activité dans l'hôtellerie-restauration (artiklu bil-Franċiż)

58-Gin

How factories change production to quickly fight coronavirus

Oura Health

How Covid-19 accelerated the success of Nordic tech in the US

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.