Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (459)
RSS
Il-bidla hija prerekwiżit għat-tkabbir fi kwalunkwe ambjent. Madankollu, il-bidliet organizzattivi fuq il-post tax-xogħol spiss jitqiesu bħala xi ħaġa negattiva. Huwa f’idejn kemm l-impjegaturi kif ukoll l-impjegati li jagħmlu dawn it-tranżizzjonijiet kemm jista’ jkun bla xkiel.

Wasal iż-żmien li nilqgħu sena oħra. Dak il-mument meta l-prospettiva ta’ bidu ġdid fl-aspetti kollha ta’ ħajjitna ssejħilna, u turina bosta possibbiltajiet. Lest(a) biex tavvanza fil-karriera tiegħek fl-2025?

Is-sensazzjoni li tħossok stressjat(a) u mgħobbi(ja) żżejjed fuq il-post tax-xogħol tista’ tinbidel f’kundizzjoni aktar serja li tmur lil hinn minn sempliċiment tħossok għajjien(a). Aqra dwar is-sinjali tat-twissija relatati mal-eżawriment professjonali jew burnout, kif ukoll modi kif tista’ tevitah.

It-tielet minn serje ta’ tliet artikli li jibbaża fuq rapport tal-Aġenzija tal-UE tippreżenta eżempji tal-mod kif l-organizzazzjonijiet tal-UE qed itejbu l-ħiliet tal-persunal għall-bidla lejn teknoloġiji diġitali u ekoloġiċi fil-livell tal-UE.

It-tieni minn serje ta’ tliet artikli li jibbaża fuq rapport tal-Aġenzija tal-UE jikkondividi s-sejbiet tagħha dwar il-mod kif l-organizzazzjonijiet tal-UE qed iħarrġu lill-ħaddiema biex itejbu l-ħiliet tagħhom għall-impjiegi tal-ICT.

L-ewwel minn serje ta’ tliet artikli ibbażat fuq rapport tal-Aġenzija tal-UE jesplora s-sejbiet tagħha dwar kif l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa tal-UE jirnexxielhom jirreklutaw u jżommu l-persunal.

Interessat li ssib xogħol fl-Ewropa? Jew forsi qed tfittex li timpjega minn riżerva vasta ta’ kandidati kompetenti minn madwar il-kontinent kollu? Għaldaqstant, avveniment ta’ Jum l-Impjiegi tal-EURES għandu jkun id-destinazzjoni li jmiss tiegħek.

Rapport reċenti tal-Aġenzija tal-UE jgħid li n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema għandhom effett kbir fuq il-mod kif l-impjegaturi jistgħu jmexxu n-negozji jew l-organizzazzjonijiet tagħhom. Nesploraw kif il-kumpaniji tal-UE issa qed iħarrġu lill-ħaddiema lokali u mhux utilizzati biżżejjed biex jimlew dawk il-lakuni.

In-nuqqas ta’ ħaddiema jistgħu jolqtu ħażin il-prestazzjoni tan-negozju, jgħid rapport riċenti tal-Eurofound. Hawnhekk, aħna nesploraw kif il-kumpaniji rfinaw l-istrateġiji ta’ reklutaġġ tagħhom fil-pajjiżi tal-UE.

Hekk kif il-kriżi klimatika qed toqrob lejn il-quċċata tagħha, id-domanda għal ħiliet ekoloġiċi qed tiżdied. Dan huwa l-mod kif tista’ żżomm ruħek aġġornat(a) dwar il-bidliet li jaffettwaw lill-forza tax-xogħol.