Ħiliet ta' komunikazzjoni
Ħiliet ta’ komunikazzjoni tajbin, li spiss jiġu injorati, huma wieħed mill-pedamenti ta’ kull professjonist ta’ suċċess. Kemm jekk qed titkellem ma’ kollegi, klijenti kif ukoll sħab fin-negozju, huwa essenzjali li tkun tista’ twassal l-ideat tiegħek b’mod ċar u tisma’ bir-reqqa dak li qed tgħid il-persuna l-oħra.
It-titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni tiegħek ma jseħħx mil-lum għall-għada, iżda tista’ tibda billi dejjem taħseb qabel ma tgħid xi ħaġa, u tiżgura li d-diskors tiegħek ikun ċar u konċiż. Jekk xi ħaġa ma tkunx ċara, tibżax tistaqsi mistoqsijiet. Ħu kwalunkwe opportunità biex tipprattika u tinsiex tfittex feedback.
Taħdit fil-pubbliku
Ħila oħra li mhijiex ivvalutata biżżejjed hija t-taħdit fil-pubbliku. Filwaqt li hu marbut mal-ħiliet ta’ komunikazzjoni, it-taħdit fil-pubbliku għandu s-sett ta’ sfidi tiegħu stess, speċjalment għall-persuni li huma mistħija jew li għandhom biża’ mimlija ansjetà. Madankollu, it-tijib ta’ din il-ħila jista’ jkollu impatt fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek, peress li kull kumpanija teħtieġ kelliem tajjeb biex jippreżenta f’avvenimenti tal-kumpanija, laqgħat tal-klijenti, konferenzi, eċċ.
Biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek ta’ taħdit fil-pubbliku, ibda b’xi ħaġa żgħira – ħu l-inizjattiva li tippreżenta quddiem it-tim tiegħek jew id-diviżjoni tiegħek. Ħu ż-żmien biex tipprattika u dejjem tfittex feedback mill-kollegi tiegħek biex tkun taf x’ħadem tajjeb u x’jista’ jittejjeb. L-istess bħall-ħiliet ta’ komunikazzjoni, dan jieħu ż-żmien biex jiġi perfett, iżda l-benefiċċji jistgħu jkunu sinifikanti.
Ġestjoni tal-ħin
Il-ġestjoni effettiva tal-ħin hija kruċjali għall-professjonisti żgħażagħ li jfittxu li jimmassimizzaw il-produttività tagħhom u jissodisfaw l-iskadenzi. Il-prijoritizzazzjoni tal-kompiti, l-istabbiliment ta’ għanijiet u l-ġestjoni tad-distrazzjonijiet huma essenzjali għas-suċċess. Billi tiżviluppa ħiliet eċċellenti tal-ġestjoni tal-ħin, tista’ tibni reputazzjoni li inti persuna affidabbli u effiċjenti, li dejjem hija ħaġa tajba f’ambjent tax-xogħol.
Tista’ tibda ttejjeb il-ħiliet tiegħek tal-ġestjoni tal-ħin billi tiċċekkja dan l-artiklu tal-EURES dwar kif għandek tagħti riżultati fil-ħin.
Responsabbiltà
Irrispettivament minn kemm nippruvaw, inevitabbilment nagħmlu żbalji fuq il-post tax-xogħol. Id-differenza bejn impjegat tajjeb u dak ħażin hija l-mod kif tindirizza dawn l-iżbalji. Tipprova titfa’ t-tort fuq xi ħadd ieħor, qed tfittex skużi, jew tieħu responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tiegħek? Jekk għamilt żball, kun ċar dwar ir-rwol li kellek u aċċetta l-konsegwenzi. Dan huwa l-aħjar mod biex titgħallem minn din l-esperjenza.
Soluzzjoni tal-problemi
F’dawn iż-żminijiet dinamiċi, il-kumpaniji jagħtu valur lill-impjegati li jistgħu jsolvu problemi kumplessi. Din il-ħila tippermetti lill-professjonisti żgħażagħ janalizzaw is-sitwazzjonijiet b’mod oġġettiv, jevalwaw l-alternattivi, u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Biex ittejjeb il-kapaċitajiet tiegħek ta’ soluzzjoni tal-problemi, fittex opportunitajiet biex tindirizza proġetti ta’ sfida, involvi ruħek f’sessjonijiet ta’ brainstorming, u ħu nota ta’ kif kollegi b’aktar esperjenza jindirizzaw sitwazzjonijiet kumplessi.
Ħidma f’tim
Il-kumpaniji huma organiżmi kumplessi fejn kull impjegat għandu rwol essenzjali. Huwa importanti li l-impjegati jaħdmu tajjeb flimkien biex jegħlbu sfidi aktar kumplessi. Il-ħidma f’tim hija vitali għas-suċċess ta’ kull diviżjoni. Il-ħiliet tal-ħidma f’tim jinvolvu smigħ attiv, ir-rispett ta’ perspettivi differenti, u l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi mal-membri tat-tim. Biex ittejjeb dawn il-ħiliet, fittex opportunitajiet biex tipparteċipa fi proġetti ta’ grupp u offri biex tkun parti għal assenjazzjonijiet ibbażati fuq tim.
Negozjar
Il-ħiliet tan-negozjar x’aktarx li huma l-aktar diffiċli biex jiġu żviluppati f'din il-lista, iżda probabbilment, huma l-aktar ta’ valur. Ħiliet tajbin ta’ negozjar jistgħu jiġu applikati f’ħafna kuntesti professjonali, bħall-għeluq ta’ ftehimiet, ir-riżoluzzjoni ta’ kunflitti fuq il-post tax-xogħol, jew saħansitra n-negozjar tas-salarju tiegħek.
Biex ittejjeb il-ħiliet ta’ negozjar tiegħek, ipprattika smigħ attiv biex tifhem il-perspettiva tal-parti l-oħra u stinka għal eżiti ta’ gwadann għal kulħadd billi tiffoka fuq benefiċċji reċiproċi u soluzzjonijiet kreattivi. Tista’ wkoll tiċċekkja dan l-artiklu tal-EURES biex jgħinek tinnegozja żieda fil-paga.
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Links relatati:
Qed tbati biex tagħti biċċa xogħol fil-ħin? Tgħallem kif qatt ma terġa’ taqbeż skadenza oħra
Kif titlob lill-impjegatur tiegħek għal żieda fil-paga
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 6 Lulju 2023
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Informazzjoni dwar is-Suq tax-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles