Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 21 Novembru 2022
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Qed tbati biex tagħti biċċa xogħol fil-ħin? Tgħallem kif qatt ma terġa’ taqbeż skadenza oħra

Skadenzi stretti huma sfida komuni fid-dinja tax-xogħol. Madankollu, proġett bi skadenza mbiegħda jista’ jkun daqshekk ieħor ta’ sfida biex tiġġestih. Dawn huma l-aħjar modi biex tindirizza l-iskadenzi tiegħek, kemm dawk qrib kif ukoll dawk imbiegħda, u taħdem mingħajr stress.

Struggling to deliver on time? Learn how to never miss another deadline again

L-imblukkar tal-ħin

L-imblukkar tal-ħin hu mod biex tiġġestixxi l-ġurnata tiegħek b’mod effiċjenti billi sempliċiment tistruttura l-kompiti tiegħek fi blokok, minflok taqbeż minn kompitu wieħed għal diversi oħra fil-ġurnata. L-imblukkar tal-ħin tiegħek huwa metodu sempliċi u effettiv għall-ġestjoni ta’ diversi proġetti u huwa mod eċċellenti biex tevita t-twettiq ta’ diversi kompiti fl-istess ħin, wieħed mill-għedewwa ewlenin tal-produttività. Li taqbeż minn kompitu wieħed għal ieħor jew aktar jaf jidher mod effettiv biex tindirizza x-xogħol hu u jidħol, iżda dan se jkun ta’ distrazzjoni għalik u se jipprevjeni xogħol effiċjenti u ffukat. Ipprova mblokka l-ħin tiegħek biex telimina t-twettiq ta’ diversi kompiti fl-istess ħin u toħloq ġurnata strutturata li tgħinek tikkonċentra u tikseb l-għan tiegħek mingħajr distrazzjoni.

L-istabbiliment ta’ għanijiet realistiċi

Meta tħoss li l-ammont ta’ xogħol huwa wisq, huwa importanti li tfakkar lilek innifsek li m’intix magna. Jaf ikollok bżonn aktar ħin milli kien ippjanat oriġinarjament, u din mhijiex problema. Skadenza realistika hija waħda li tirrikonoxxi u tirrappreżenta r-realtà li mhux se tkun kompletament effiċjenti inti u taħdem. Billi sempliċiment timblokka aktar ħin milli teħtieġ, se tħossok inqas stressjat(a) dwar l-ilħuq tal-iskadenza. Bħala bonus addizzjonali, se jkollok aktar ħin biex tirrevedi xogħlok u taf saħansitra timpressjona lill-kollegi tiegħek billi tlesti x-xogħol qabel il-ħin!

L-indirizzar ta’ talbiet urġenti

Anke jekk tkun imblukkajt il-ħin tiegħek perfettament, taf xorta waħda tiltaqa’ ma’ xi talba urġenti u ma jkollokx ħin għaliha. Meta jiġri dan, huwa neċessarju li tinforma lis-superjur ġerarkiku dirett tiegħek. Tista’ titolbu jgħinek torganizza mill-ġdid il-lista ta’ kompiti tiegħek biex tkun tista’ taħdem fuq ix-xogħol urġenti minflok kompiti oħra inqas importanti. Komunikazzjoni ċara dwar il-kapaċità tiegħek hija kruċjali u se tipprevjeni l-ansjetà li tipprova tlesti kollox u ma jirnexxilekx. Jekk inti maniġer, ikkuntattja lill-membri tat-tim tiegħek u għinhom jorganizzaw mill-ġdid il-kompiti tagħhom jew ikkoordina t-tqassim tax-xogħol fost il-bqija tat-tim.

In-negozjar tal-iskadenzi

Meta tingħata kompitu huwa naturali li ma tkunx tixtieq tiddiżappunta, għalhekk taf taċċetta aċċidentalment skadenza mhux realistika. Dan jista’ jidher bħala mod faċli biex tevita l-konfrontazzjoni li tgħid “le”, iżda jista’ jaggrava s-sitwazzjoni peress li n-negozjar mill-ġdid ta’ skadenza jieħu aktar ħin. Jekk ma tistax tlaħħaq skadenza, informa lill-kollega tiegħek minn qabel li se teħtieġ estensjoni. Aktar ma jkunu jafu kmieni, aktar se jkollhom ħin biex jaġġustaw u aktar se jagħdruk.

It-teħid ta’ pawżi qosra regolari

Wara li tagħmel dan kollu t’hawn fuq, jekk taqbad lilek innifsek tiċċassa lejn l-iskrin, u ma tistax tiffoka, jew tipprokrastina, jaf tkun teħtieġ pawża. Anke jekk tħoss li dak li qed tagħmel huwa wisq importanti biex titilqu għal ftit ħin, taf tant tkun stressjat(a) li ma tkunx qed taħdem b’mod effiċjenti. Ipprova qum mill-iskrivanija tiegħek għal ħames minuti, oħroġ barra għal ftit arja friska, jew ħu tazza ilma. Pawżi żgħar jgħinuk tirrilassa u ma taħsibx dwar ix-xogħol, li ironikament jaf ikun dak li teħtieġ biex taħdem aħjar.

Il-ħidma effettiva ma’ oħrajn tinvolvi diversi ħiliet personali, inkluż il-komunikazzjoni, il-ġestjoni tal-ħin u s-soluzzjoni tal-problemi. Filwaqt li tista’ tħoss li dawn il-ħiliet jiġu b’mod naturali għal xi nies, tista’ ssaħħaħhom b’għadd ta’ modi sempliċi. Ara dan l-artiklu biex issir taf aktar.

 

Links relatati:

M’għandux ikun diffiċli biex issaħħaħ il-ħiliet personali tiegħek

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-bażi ta’ data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.