Kemm hemm nies Pollakki li bħalissa jgħixu barra mill-pajjiż, u x’inhuma r-raġunijiet l-aktar komuni għala jitilqu mill-Polonja?
Skont Statistics Poland, fl-2018 kien hemm madwar 2.5 miljun Pollakk li jgħixu barra mill-pajjiż, li minnhom 81 % kienu qed jgħixu fl-UE. L-akbar numru ta’ ħaddiema mobbli Pollakki kien fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fin-Netherlands u fl-Irlanda. Ir-raġunijiet ewlenin għala l-Pollakki jiċċaqalqu lejn dawn il-pajjiżi huma l-opportunitajiet ta’ xogħol u salarji aħjar, standards ta’ għajxien ogħla, kundizzjonijiet soċjali aħjar, sistemi ta’ taxxa favorevoli u amministrazzjoni pubblika aħjar.
Għaliex xi ħaddiema mobbli Pollakki jagħżlu li jirritornaw lura lejn il-Polonja?
Hemm ħafna raġunijiet għaliex il-ħaddiema mobbli Pollakki jkunu jridu jirritornaw, bħal:
- raġunijiet personali (biex ikunu eqreb tal-familja u tal-għeżież tagħhom jew biex jieħdu ħsieb qraba anzjani) u jħossuhom imdejqin il-bogħod mill-familja;
- kuntratt tax-xogħol li jkun skada;
- ġlied b’ostilità jew ksenofobija fil-pajjiż ospitanti;
- katina ta’ mobilità tar-ritorn (meta r-ritorn ta’ familja waħda jwassal ukoll għar-ritorn ta’ familji oħra);
- il-persuna tkun iddeċidiet li tibda negozju fil-Polonja;
- l-inċertezza dwar il-pandemija tal-COVID-19.
X’inhuma l-isfidi l-aktar komuni li l-ħaddiema mobbli Pollakki jiffaċċjaw meta jirritornaw?
Huwa diffiċli li wieħed jgħid, għaliex l-esperjenza ta’ kulħadd hija differenti. Xi wħud isibuha diffiċli biex jadattaw għall-mod ta’ ħidma Pollakk. Pereżempju, il-ħaddiema mobbli li jirritornaw mir-Renju Unit isibuha diffiċli li jidraw ir-relazzjoni bejn l-impjegat u l-impjegatur, li hija ħafna aktar ġerarkika fil-Polonja. Oħrajn jiltaqgħu ma’ ostakli amministrattivi jew għandhom problemi bil-livell tal-kura tas-saħħa. It-tfal li marru l-iskola barra mill-Polonja jistgħu jsibuha diffiċli wkoll li jadattaw għas-sistema tal-iskola Pollakka.
L-EURES tal-Polonja kif jgħin biex il-ħaddiema mobbli jerġgħu lura biex isibu impjieg?
In-network tal-EURES għandu ħafna informazzjoni għal dawk li qed jippjanaw li jirritornaw lura l-Polonja, inkluż:
- l-ewwel passi importanti ladarba jirritornaw;
- opportunitajiet ta’ impjieg u gwida dwar it-tħejjija ta’ CV;
- pariri dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (benefiċċji tal-qgħad, assigurazzjoni tas-saħħa, allowances tal-familja, liv tal-ġenituri, benefiċċji tad-diżabilità u pensjonijiet);
- proġetti nazzjonali u inizjattivi eżistenti;
- assistenza għar-reklutaġġ wara x-xogħol.
L-appoġġ personalizzat huwa importanti, sabiex il-ħaddiem mobbli li jirritorna jkun jista’ jissetilja lura d-dar b’suċċess. Ħejjejna fuljett dwar il-ħajja u x-xogħol fil-Polonja, li huwa disponibbli bil-Pollakk, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż.
Eżempju ieħor huwa proġett immexxi mill-Uffiċċju tax-Xogħol fi Gdansk imsejjaħ ‘Pomerania! Nerġa’ niġi hawn, naħdem hawn”. Il-proġett huwa mmirat għal residenti tal-Provinċja ta’ Pomerania li għandhom aktar minn 30 sena li għexu għal aktar minn 6 sitt xhur fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fin-Netherlands, fin-Norveġja, fl-Iżvezja jew fir-Renju Unit, u li rritornaw lejn il-Polonja inqas minn 6 xhur ilu. Huwa mfassal b’mod speċifiku biex jgħin lil persuni li għandhom aktar minn 50 sena, lin-nisa, lil dawk li qed ifittxu impjieg b’diżabilità u lill-persuni bi kwalifiki baxxi. Joffri korsijiet u taħriġ professjonali bla ħlas, pariri dwar il-karriera, appoġġ biex jinstab impjieg fil-Provinċja ta’ Pomerania, allowance għar-rilokazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, pariri psikoloġiċi u legali, boroż ta’ studju għat-taħriġ, rimborżi tal-ivvjaġġar u aktar.
Kif jista’ l-EURES jappoġġa lill-impjegaturi biex jimpjegaw ħaddiema mobbli Pollakki li jirritornaw lura?
L-EURES jista’ jgħin lill-impjegaturi b’diversi modi, pereżempju billi jorganizza fieri tal-impjiegi online apposta jew billi jagħmel lill-impjegaturi konxji mill-potenzjal tar-ritorn tal-ħaddiema mobbli. Pereżempju, f’Mejju 2019, il-gvern Pollakk iddeċieda li jagħmel xi ħaġa li qatt ma kienet saret qabel — fiera tal-impjiegi f’Londra għan-nies Pollakki li jkunu qed jikkunsidraw li jirritornaw lejn il-Polonja. L-avveniment intlaqa’ tajjeb, u kellna madwar 1 000 viżitatur u 30 esibitur — kumpaniji Pollakki kbar, negozji internazzjonali li joperaw fil-Polonja u istituzzjonijiet nazzjonali.
Hemm xi inizjattivi oħrajn fil-Polonja biex jappoġġaw lill-ħaddiema mobbli li jkunu qed jirritornaw?
Iva, pereżempju, l-Aġenzija Nazzjonali għall-Iskambju Akkademiku nediet il-programm Ritorn tal-Pollakki biex tħeġġeġ ir-ritorn ta’ xjenzati Pollakki minn barra l-pajjiż. L-għan tal-inizjattiva huwa li tippermetti lil xjenzjati Pollakki prominenti jirritornaw u jibdew impjieg f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, istituti xjentifiċi u ċentri ta’ riċerka Pollakki.
Hemm ukoll portal ta’ informazzjoni, li l-għan tiegħu huwa li jappoġġa u li jiffaċilita r-ritorn ta’ ħaddiema mobbli lejn il-Polonja. Is-servizz jippermetti lin-nies jistaqsu mistoqsijiet dwar il-formalitajiet relatati mar-ritorn lejn il-Polonja, bħar-reġistrazzjoni tat-tfal tagħhom fl-iskejjel Pollakki, it-tnaqqis fit-taxxa, l-assigurazzjoni tas-saħħa u r-reġistrazzjoni ta’ dokumenti barranin tal-istatus ċivili. Il-portal joffri wkoll pariri psikoloġiċi biex in-nies u l-familji tagħhom jitħejjew għar-ritorn tagħhom.
Links relatati:
Portal ta’ informazzjoni għall-ħaddiema mobbli Pollakki li jkunu qed jirritornaw
L-għajxien u x-xogħol fil-Polonja
Aqra aktar:
Sib Il-Konsulenti tal-EURES..
Il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Diċembru 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles