Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Ideat u Suġġerimenti

Din it-taqsima hija indirizzata għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol mis-setturi tal-università u l-politeknik u dawk li b’mod ġenerali għandhom kwalifiki ogħla: studenti, gradwati, għalliema u riċerkaturi. Minħabba li ċerti setturi tax-xogħol huma mfittxija f’pajjiżi partikolari tal-UE, dawk il-persuni bi kwalifiki għoljin li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol għandhom ċansijiet tajbin li jsibu xogħol barra l-pajjiż.

Jekk tippjana li tibda karriera professjonali, issib xogħol ġdid jew tikseb opportunità ta’ taħriġ f’pajjiż ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u/jew fl-Iżvizzera, jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn is-sezzjonijiet ta’ hawn taħt u l-links relatati.

It-tranżizzjoni mill-ħajja ta’ student għal ħajja professjonali barra l-pajjiż

It-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol tista’ tkun żmien ta’ inċertezza. Wasalt biex tispiċċa (jew spiċċajt) l-istudji tiegħek? Tixtieq tmur taħdem f’pajjiż ieħor taż-ŻEE? Jekk għandek ħiliet f’lingwi barranin, inti flessibbli, determinat u motivat li tadatta ruħek kemm f’impjieg ġdid kif ukoll f’pajjiż u ambjent kulturali ġdid, allura inti għandek il-profil li jwasslek sabiex issegwi karriera internazzjonali!

6 PASSI SABIEX TIBDA KARRIERA PROFESSJONALI BARRA L-PAJJIŻ

It-tranżizzjoni mill-ħajja ta’ student għal ħajja professjonali barra l-pajjiż tista’ tkun ta’ qtigħ il-qalb. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għax-xogħol tista’ tkun ta’ sfida u avventura li teħodlok ħafna ħin! Sabiex it-tranżizzjoni tkun aktar faċli, qegħdin jiġu elenkati hawn taħt 6 passi bi ‘Ħjiel u Suġġerimenti’ li tista’ tikkunsidra qabel ma tmur f’pajjiż ieħor. Jekk jogħġbok ikklikkja fuq kull entrata u kkonsulta l-paġna rilevanti.

Ħjiel u Suġġerimenti...

Għal aktar informazzjoni u opportunitajiet ta’ għajnuna sabiex tirnexxi fit-tranżizzjoni mill-ħajja ta’ student għal ħajja professjonali barra mill-pajjiż, jekk jogħġbok ikkonsulta websajts oħrajn billi tikklikkja fuq "Informazzjoni u impjiegi għal gradwati" f’"Links Relatati".

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas: aktar minn 1000 konsulent tal-EURES huma lesti jinfurmawk u jgħinuk dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-suq tax-xogħol Ewropew. Ibda billi tikkuntattja Konsulent tal-EURES fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek. Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tal-Konsulenti tal-EURES billi tikklikkja fuq "Ikkuntattja Konsulent tal-EURES".

Karrieri għal riċerkaturi

Ir-riċerkaturi jistgħu jibbenifikaw minn opportunitajiet sabiex jistudjaw u jaħdmu fi Stati Membri oħrajn u jibbenifikaw mill-Portal ta’ Mobilità għar-Riċerkaturi Ewropej. Websajt ġdida - EURAXESS – Riċerkaturi attivi issa hija disponibbli b’firxa wiesgħa ta’ servizzi. Din hija one-stop shop għar-riċerkaturi li qegħdin ifittxu li javvanzaw fil-karrieri tagħhom u l-iżvilupp personali billi jmorru jgħixu f’pajjiżi oħrajn. Dan is-servizz b’xejn u personalizzat jipprovdilek informazzjoni komprensiva u aġġornata dwar il-postijiet tax-xogħol battala u opportunitajiet ta’ finanzjament f’kull qasam ta’ studju madwar l-Ewropa. Dan iservi wkoll bħala l-ewwel għajnuna dwar is-suġġett tad-drittijiet tiegħek, kif ukoll dawk tar-riċerka u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament, u jipprovdi diversi links li jgħinuk kemm qabel kif ukoll wara li tibdel il-pajjiż. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal "Suġġetti Relatati".

AVVIŻ

Jekk jogħġbok innota li s-sezzjoni "Ħajja u Xogħol" tal-portal EURES tipprovdilek aktar speċifikazzjonijiet għal kull pajjiż membru individwali tal-EURES fis-sezzjoni tal-folji ta’ fatti "Ħjiel u Suġġerimenti".

Tista’ ssib ukoll tweġibiet għal mistoqsijiet oħrajn dwar l-Unjoni Ewropea u l-moviment ħieles taċ-ċittadini sabiex jgħixu, jistudjaw u jaħdmu fi Stat Membru ieħor fil-portal EUROPA.