Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet4 Mejju 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Disa’ affarijiet li gradwati ġodda għandhom ikunu jafu meta jibdew ifittxu impjieg

Li ssib l-ewwel impjieg tiegħek ma għandux għalfejn jimlik bil-biża jekk tindirizza dan b’attitudni tajba u b’moħħ miftuħ. Iċċekkja s-suġġerimenti tagħna biex tagħmel it-tiftix tiegħek għal impjieg inqas skoraġġanti u aktar produttiv.

Nine things new graduates should know when they start job searching

Ħudha drawwa li tiċċekkja regolarment għal opportunitajiet ta’ impjieg

Ikunu xi jkunu l-portali tal-impjiegi li qed tuża biex issib pożizzjonijiet vakanti, kun ċert li tiċċekkjahom kuljum, speċjalment matul il-ġranet tax-xogħol. Applika għal opportunitajiet ta’ impjieg hekk kif tarahom. Xi impjegaturi jirċievu mijiet ta’ applikazzjonijiet, u sakemm ma tkunx wieħed mill-ewwel applikanti, il-probabbiltà li tiġi kkunsidrat għall-impjieg tista’ tkun żgħira ħafna.

Mod tajjeb kif tibda l-ġurnata huwa li tiskrollja l-opportunitajiet l-aktar reċenti ta’ impjiegi filwaqt li tkun qed tieħu l-kafè ta’ filgħodu.

La miftuħa ħafna u lanqas speċifika ħafna

Meta tkun qed tfittex opportunitajiet fil-portali tal-impjiegi, kun ċert li tuża l-għażliet ta’ filtrazzjoni, sabiex tkun tista’ tara l-pożizzjonijiet vakanti kollha rilevanti għall-interessi tiegħek. Dan se jgħinek issib opportunitajiet ta’ impjiegi xierqa aktar malajr. Oqgħod attent li ma tagħmilx it-tiftixa tiegħek speċifika wisq, peress li dan iġib miegħu ftit li xejn riżultati tat-tiftix.

Ikteb b’mod adatt is-CV tiegħek

Żball komuni li jsir minn dawk li qed ifittxu impjieg huwa li jkollhom CV waħda biss, li tinkludi l-ħiliet, l-informazzjoni ta’ sfond u l-esperjenza kollha tagħhom. Kun ċert li s-CV tiegħek tkun adatta għat-tip ta’ impjieg li qed tapplika għalih u inkludi biss informazzjoni li hija rilevanti għal dak il-qasam. Jekk qed tapplika għal impjiegi f’setturi differenti, għandu jkollok CV adatta apposta għal kull wieħed minnhom.

Skont l-impjieg li qed tapplika għalih, tista’ żżid ukoll lista tal-punti b’saħħithom tiegħek jew portafoll.

Tinsiex tinkludi kwalunkwe esperjenza ta’ volontarjat rilevanti.

Kun miftuħ għal internships/traineeships

L-internships u t-traineeships huma mod tajjeb ħafna kif tibda l-vjaġġ tal-karriera tiegħek. Jista’ jkun li ma jħallsux ħafna (jew ma jħallsu xejn), iżda jistgħu jipprovdulek esperjenza professjonali imprezzabbli, li mbagħad tkun tista’ tuża biex tikseb impjieg full-time. Ħafna impjegaturi joffru wkoll kuntratti permanenti lill-interns tagħhom fi tmiem il-perjodu ta’ internship jekk kienu kuntenti bix-xogħol tagħhom.

Uża l-Europass u l-EURES biex tibni s-CV tiegħek u tapplika għall-impjiegi

B’aktar minn 3 miljun pożizzjoni vakanti, il- portal tal-EURES huwa l-post perfett biex issib l-ewwel impjieg tiegħek. Ikkuntattja Konsulent f’pajjiżek tal-EURES biex titgħallem kif l-EURES jista’ jgħinek tidħol fis-suq tax-xogħol.

Uża l-għodod tal-Europass biex tibni CV b’saħħitha u ittra ta’ akkumpanjament b’impatt li se jwassluk biex tispikka mill-applikanti l-oħra.

Aġġorna l-preżenza tiegħek fuq il-midja soċjali

Issa li tinsab fis-suq tax-xogħol, għandek tkun taf li ħafna impjegaturi u uffiċjali tar-Riżorsi Umani jfittxu l-ismijiet tal-applikanti fuq il-midja soċjali. Erġa’ ara l-kontijiet tiegħek u neħħi/irrestrinġi kwalunkwe posts li ma tridx li l-impjegatur futur tiegħek jara. Kun ċert li taġġorna wkoll il-profil ta’ LinkedIn tiegħek!

Ibda n-networking

In-networking huwa importanti kemm għal dawk li qed ifittxu impjieg kif ukoll għall-ħaddiema. Jgħinek tibqa’ aġġornat mal-aħħar żviluppi fis-settur tiegħek, iżda huwa wkoll mod tajjeb ħafna biex titgħallem dwar opportunitajiet ġodda ta’ impjieg. Bħala l-ewwel pass, tista tmur fuq LinkedIn u tfittex gruppi differenti tal-industrija li tista’ potenzjalment tissieħeb magħhom.

Tista’ wkoll titlob lil xi ħadd li taf fuq LinkedIn (pereżempju, wieħed mill-eks għalliema tiegħek, professuri jew sħabek tal-klassi) biex jikteb rakkomandazzjoni fuq il-profil tiegħek biex tagħmlu aktar kredibbli.

Aċċetta l-fatt li l-ewwel impjieg tiegħek jista’ ma jkunx l-impjieg tal-ħolm tiegħek

Ftit ferm nies jibqgħu fl-ewwel impjieg tagħhom għal ħafna snin. Huwa perfettament normali li tibdel l-impjiegi meta tiġik opportunità aħjar u ma jkollokx aktar x’titgħallem fl-impjieg attwali tiegħek. Bħala gradwat ġdid, l-aktar ħaġa importanti hija sempliċiment li tibda taħdem, sabiex tkun tista’ tibda tikseb l-esperjenza u tibni n-network professjonali tiegħek.

Tħallix ir-rifjuti jwaqqgħulek il-moral

Tista’ tkun l-applikant l-aktar kwalifikat għal opportunità ta’ impjieg, iżda fid-dinja globalizzata tal-lum, tista’ tkun qed tikkompeti kontra mijiet ta’ applikanti bħalek. Titlifx it-tama u kompli fittex. Eventwalment kulħadd isib l-ewwel impjieg tiegħu.

Għalkemm qed ngħixu f’era diġitali, ħafna opportunitajiet ta’ impjiegi xorta għadhom mhumiex irreklamati pubblikament. Minflok, jimtlew permezz ta’ riferimenti u networking professjonali. Iċċekkja s-suġġerimenti tagħna dwar kif tista’ tkun networker online effettiv.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Europass

Tiftix għal Konsulenti tal-EURES

L-aqwa 6 suġġerimenti għal networking online effettiv

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

 

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.