Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet3 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

NGOs: Xiex, għalfejn u fejn?

Wisq probabbli ġieli ltqajt mal-akronimu “NGO” fuq Drop’pin@EURES, EURES stess u diversi siti web oħrajn marbutin mal-impjiegi. Iżda x’inhuma NGOs, għalfejn tkun trid taħdem għal waħda minnhom u fejn tista’ ssib aktar informazzjoni?

NGOs: What, why and where?
shutterstock

X’INHUMA... NGOs?

NGOs, jew organizzazzjonijiet nongovernattivi, huma organizzazzjonijiet mhux għall-profitti li jaħdmu indipendentament minn gvernijiet nazzjonali. Dawn ta’ spiss ikunu karitajiet u għandhom tendenza li jkunu partikolarment attivi fil-ġlieda kontra l-faqar, il-kura tas-saħħa fqira, il-kwistjonijiet ambjentali u l-esklużjoni soċjali.

L-NGOs jistgħu jvarjaw minn inizjattivi lokali mmexxija mill-komunità sa organizzazzjonjijiet internazzjonali li jaħdmu madwar id-dinja. Tipikament iffinanzjati minn donazzjonijiet dawn jgħaqqdu lin-nies li jaqsmu interess komuni u li jfittxu li jagħmlu differenza jew jinfluwenzaw il-bidla.

LIEMA... NGOs qegħdin fl-Ewropa?

Fil-klassifika ta’ “L-Aħjar 500 NGO fid-Dinja tal-2016” tagħha, NGO Advisor inkludiet 185 organizzazzjoni li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Ewropa – li jammontaw għal aktar minn terz mil-lista totali. L-NGOs tal-Ewropa jvarjaw fil-qies, fl-għanijiet u fin-natura, u joffru firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ impjieg potenzjali. Uħud mill-aktar magħrufin jinkludu:

  • Oxfam (UK): Stabbilita fl-1942, Oxfam hija NGO internazzjonali ddedikata sabiex teqred il-faqar, tipprovdi għajnuna f’każ ta’ diżastru u titkellem favur id-drittijiet tal-bniedem.
  • Médecins Sans Frontières (Franza/l-Iżvizzera): Magħrufa wkoll bħala “Doctors Without Borders”, Médecins Sans Frontières hija NGO umanitarja famuża għall-proġetti tagħha f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li huma mġarrfa mill-gwerra – u din rebħet ukoll il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1999.
  • Foundation for Environmental Education (id-Danimarka): Organizzazzjoni umbrella internazzjonali b’membri f’aktar minn 70 pajjiż minn madwar id-dinja, FEE tippromwovi żvilupp sostenibbli permezz ta’ edukazzjoni ambjentali.
  • APOPO (il-Belġu/it-Tanzanija): NGO b’approċċ uniku, APOPO tħarreġ il-firien Afrikani bi stonku kbir sabiex jiskopru l-mini tal-art u t-tuberkulożi.
  • Greenpeace (il-Kanada/in-Netherlands): Stabbilita fil-Kanada, l-NGO ambjentali magħrufa madwar id-dinja Greenpeace issa għandha l-kwartieri ġenerali in-Netherlands u għandha uffiċċji f’aktar minn 40 pajjiż.

X’QIEGĦDA...tagħmel l-UE sabiex tingħaqad ma’ NGOs fl-Ewropa?

Bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Kummissjoni Ewropea għamlitha prijorità li tistabbilixxi u ssaħħaħ sħubiji bejn istituzzjonijiet tal-UE, gvernijiet nazzjonali u reġjonali u partijiet interessati Ewropej.

DĠs tal-Kummissjoni speċifiċi jaħdmu wkoll mill-qrib mal-NGOs permezz ta’ attivitajiet bħal-laqgħat biannwali fejn l-NGOs huma mistiedna sabiex jiddiskutu kwistjonijiet tal-komunità attwali (DĠ JUST, organizzati b’mod konġunt mal-Pjattaforma Soċjali) u billi jkunu involuti fi djalogu tal-partijiet interessati ma’ NGOs u msieħba soċjali fil-livell tal-UE (DĠ EMPL, taħt il-qafas tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonsisti minn membri li jirrappreżentaw impjegaturi, ħaddiema u diversi interessi. Waħda mit-temi ewlenin tal-Kumitat hija s-soċjetà ċivili, partikolarment il-mod li bih persuni u organizzazzjonijiet b’impenn huma essenzjali għal progress politiku. L-avveniment riċenti Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2017 (26-27 ta’ Ġunju) enfasizza r-rwol ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala pont bejn in-nies u l-istituzzjonijiet Ewropej, u kif dawn kellhom il-poter li joffru lill-UE perspettivi u soluzzjonijiet ġodda.

GĦALFEJN..taħdem għal NGO?

Wieħed mill-akbar benefiċċji li taħdem għal NGO huwa li tħoss li qed tagħmel differenza vera lid-dinji jew fil-ħajjiet ta’ dawk li jgħixu fiha. L-NGOs jistgħu jippermettulek li tara l-impatt tax-xogħol iebes tiegħek direttament, li huwa ta’ sodisfazzjon kbir kemm professjonalment kif ukoll personalment.

Ukoll, minħabba li l-istruttura tan-negozju tal-NGOs ta’ spiss hija anqas ġerarkika minn negozji tradizzjonali, jista’ jkun hemm opportunità akbar għalik li tiżviluppa għadd ta’ settijiet ta’ ħiliet billi tkun qed taħdem f’oqsma differenti.

FEJN...nista’ nsir naf dwar opportunitajiet fi ħdan l-NGOs?

Is-sit tal-EURES iħaddan firxa wiesgħa ta’ riklami għal impjiegi, taħriġ prattiku u apprendistati minn kumpaniji minn madwar l-Ewropa, inkluż l-NGOs.

Bordijiet tal-impjiegi online ta’ spiss jippermettulek tiffiltra impjiegi disponibbli skont “it-tip ta’ organizzazzjoni”, għalhekk jistgħu jkunu mod tajjeb kif tintraċċa opportunitajiet ta’ NGOs fil-qasam ta’ interess tiegħek. Tiftixa ta’ malajr fuq l-internet se tagħtik lista tas-siti web tal-impjiegi ewlenin fil-pajjiż tiegħek.

Siti web bħal Euro Brussels, Global Jobs u Impact Pool ukoll għandhom għadd kbir ta’ opportunitajiet fi ħdan l-NGOs, kemm Ewropej kif ukoll globali, għalhekk għalfejn ma tiċċekkjahomx ukoll?

Li ssib opportunità huwa biss l-ewwel pass. Jeħtieġ li tipperfezzjona s-CV tiegħek, tikteb ittra ta’ akkumpanjament tajba ħafna u tmur tajjeb sew fl-intervista… u aħna se nieħdu ħsiebek f’kull pass tal-vjaġġ!

 

Links relatati:

Klassifika ta’ “L-Aħjar 500 NGO fid-Dinja tal-2016”

Oxfam

Médecins Sans Frontières

FEE

APOPO

Greenpeace

Istrateġija Ewropa 2020

Pjattaforma Soċjali

Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2017

Firxa wiesgħa ta’ riklami għal impjiegi, taħriġ prattiku u apprendistati

Inkluż l-NGOs

Euro Brussels

Global Jobs

Impact Pool

Tikteb ittra ta’ akkumpanjament tajba ħafna

Tmur tajjeb sew fl-intervista

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.