Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet22 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Il-fortuna tiffavorixxi lill-kuraġġużi: l-istorja taʼ bejjiegħ tal-karozzi Rumen fl-Iżvezja

Qatt mhuwa żmien ħażin li terġaʼ tibda l-karriera tiegħek fʼpajjiż barrani.  Tal-inqas, hekk jaħseb Nicolae Cazanescu. Meta l-karriera taʼ 17-il sena tiegħu fil-bejgħ tal-karozzi kienet teħtieġ dehra ġdida, huwa rrikorra għand l-EURES tar-Rumanija għall-għajnuna fit-tiftix imfassal apposta għalih għal impjieg internazzjonali.  U fi żmien xahrejn biss, diġà għandu storja x'jgħidilna.

Fortune favours the brave: the story of one Romanian car dealer in Sweden

"Meta Nicolae, sprejer tal-karozzi ta' 37 sena, beda l-avventura tiegħu taʼ xogħol barra pajjiżu, ġie għandna" qalet Elena Tane, Konsulenta tal-EURES fl-Aġenzija għall-Impjiegi Olt County fir-Rumanija. Fil-passat l-EURES kien diġà għenu, iżda din id-darba kellu bżonn xi ħaġa differenti. Għalhekk mar fl-uffiċċju tal-EURES lokali tiegħu sabiex jistaqsi għall-għajnuna fit-tiftix taʼ impjieg ġdid il-bogħod minn daru. Nicolae kien qed ifittex mod kif jagħti l-ispinta l-ġdida li tant xtaqt lill-karriera tiegħu, u s-sejbien tal-appoġġ xieraq ġiegħlu jemmen li dejjem huwa żmien tajjeb biex tibda xi ħaġa ġdida.

Appoġġ apprezzat

Jistaʼ jingħad li aktar huwa faċli tgħid milli taġixxi, u bidla fl-impjieg jew rilokazzjoni dejjem huma passi taʼ ġgant fil-ħajja. Dan huwa l-mument fejn xʼaktarx tfittex parir professjonali, u hekk huwa preċiżament ir-rwol ta' Elena Tane. Filwaqt li tat għajnuna vera lil Nicolae fl-isforz ġdid tiegħu, hi ppreżentat il-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa kollha bʼmod sempliċi, intuwittiv u faċli li jintuża mill-utent. "Deher li huwa persuna li tikkomunika ħafna, huwa motivat u soċjevoli, lest li jaħdem u jikber," issottolinjat. Taħt il-gwida tal-EURES, Nicolae kkompleta għadd taʼ punti sempliċi iżda utli ħafna, bħall-aġġornament tas-CV tiegħu u kkompleta bʼmod preċiż dokumenti amministrattivi ewlenin qabel ma bagħat l-applikazzjoni tiegħu lil impjegatur fil-mira.

L-esperjenza l-aktar li tgħodd

Taʼ min jingħad li din ma kinitx l-ewwel darba li Nicolae impenja ruħu biex jaħdem u jgħix barra pajjiżu. Preċedentement kien qattaʼ sentejn u nofs Spanja fil-qasam espert prinċipali tiegħu: jisprejja l-vetturi. Iż-żmien tiegħu fi Spanja tah ukoll l-opportunità biex iżid ħila ġdida meta tgħallem kif jinstalla l-arja kkundizzjonata fil-karozzi. Dan l-għarfien ġdid ipprovdielu l-ispinta taʼ fiduċja li kellu bżonn biex ikun jistaʼ jintegra fʼambjent internazzjonali.                  

Inċertezza dwar il-ġejjieni

Ma kinitx sorpriża li Nicolae kien jaf kif għandu juża tajjeb dawn il-ħiliet fl-impjieg il-ġdid tiegħu. Ftit wara li ntbagħtet l-applikazzjoni tiegħu, l-impjegatur ġdid tiegħu s-Sur Titu Palcau - li inzerta wkoll Rumen, li jiġġestixxi kumpanija msejħa Sc Peter & Lili SRL - garaxx tat-tiswija tal-karozzi fʼVäxjö, l-Iżvezja - ikkuntattjah.  Bi pjaċir kbir, irċieva rispons pożittiv dwar l-applikazzjoni tiegħu, u fʼsempliċiment xahrejn wara li beda t-tiftix għal impjieg tal-EURES tiegħu, Nicolae beda l-impjieg il-ġdid tiegħu.

Permezz tal-EURES, Nicolae sab impjieg full-time fl-Iżvezja fil-qasam espert tiegħu; bil-kundizzjoni addizzjonali li jħossu qisu fʼdaru u fost il-ħbieb, minkejja li huwa eluf taʼ kilometri ʼl bogħod mir-Rumanija.

Allura, x’inhuwa ppjanat għal Nicolae? Ħaġa interessanti li sirna nafu hija li reċentement kien promoss għal mexxej taʼ tim, li jfisser aktar responsabbiltajiet, ħiliet ġodda u sfidi ġodda!

 

Links relatati:

L-għajxien u x-xogħol fl-Iżvezja

L-ewwel Impjieg tal-EURES tiegħek (YfEJ)

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.