Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (458)
RSSIl-mod ta’ kif naħdmu qed jinbidel, b’bosta xogħlijiet tradizzjonali jagħmlu spazju għal teknoloġiji ġodda u aktar u aktar kumpaniji jiffavorixxu xogħol b’kuntratt b’differenza għal impjieg standard. Affaċjat b'din in-norma ġdida, l-EURES ukoll qed jadatta l-mod ta’ kif jgħin lill-persuni li jkunu qed ifittxu xogħol.
Waħda mill-aħjar affarijiet dwar li tkun ċittadin tal-UE hija li għandek il-libertà ta’ moviment għal kwalunkwe Stat Membru ieħor għal xogħol jew studju. Huwa prospett attraenti u wieħed li eluf ta żgħażagħ jieħdu vantaġġ minnu kull sena biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom. B'dan f'moħħna, ġbarna flimkien il-pariri ewlenin tagħna għal meta tkun qed taħseb biex tieħu d-deċiżjoni u ssegwi opportunità barra l-pajjiż.
Bħala żagħżugħ li qed ifittex impjieg, apprendist aspiranti jew impjegatur potenzjali, probabbli ltqajt mat-terminu “ETV” qabel. Dan huwa akronimu popolari fid-dinja tal-impjiegi, iżda xi jfisser realment għaż-żgħażagħ u n-negozji, u għaliex huwa importanti?
Wara li attenda diversi intervisti tax-xogħol u ma ntgħażel għall-ebda wieħed, is-Sloven David Banović kien qed jitlef il-motivazzjoni li jkompli jipprova. Minflok qata' qalbu, irrikorra għall-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għall-għajnuna.
Il-midja soċjali hi għodda tajba ħafna għan-negozji, iżda li sempliċiment ikollok kont fuq Facebook jew Twitter m’għadux biżżejjed biex jagħmlek tispikka mill-bqija tan-nies. Kif tuża l-midja soċjali qed jintrabat dejjem aktar mas-suċċess, b’mod partikolari bid-diġitalizzazzjoni dejjem tiżdied tal-biċċa l-kbira tal-udjenzi fil-mira.
Hemm ħafna affarijiet għaddejjin fl-EURES-T Upper Rhine. L-uffiċċju jkopri erba’ reġjuni mifruxa madwar il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera, jopera bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u jaqdi madwar 100 000 ħaddiem transkonfinali. B’żona ġeografika daqstant kbira xi jkopri – biex ma nsemmux il-ħafna avvenimenti, sessjonijiet ta’ ħidma u attivitajiet li għaddejjin il-ħin kollu – il-konsulenti tal-EURES ftit li xejn għandhom ħin x’jitilfu. Għalhekk, sabiex jitħaffu l-affarijiet, l-EURES-T Upper Rhine nediet One-Stop Shop.
Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi waħda mill-mezzi prinċipali li permezz tagħhom l-UE qiegħda tgħin biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Iżda kif taħdem u kif jistgħu jkunu involuti ż-żgħażagħ u n-negozji? Għandna t-tweġibiet hawn taħt.
Armata b’minibus u b'ikliet ħfief, il-Konsulent tal-EURES Taina Tuovinen dan l-aħħar qattgħet diversi ġranet iddur f’Satakunta, fil-Lbiċ tal-Finlandja. L-għan kien li tispjega lill-kumpaniji lokali b’persunal barrani kif il-EURES tal-Finlandja jista’ jappoġġjahom, speċjalment permezz ta’ korsijiet fil-lingwa Finlandiża/Żvediża.
The world is changing rapidly. The third industrial revolution, which began in the 1960s and saw electronics, IT and automated production become an integral part of our lives, has recently given way to a new age of technological advancements.
Jekk qed taħseb biex tmur taħdem fl-Awstrija, ikun utli għalik li tagħti ħarsa tajba lejn il-Fuljett dwar l-Għajxien u x-Xogħol il-ġdid tal-EURES fl-Awstrija. B'aktar minn 60 paġna ta' fatti u informazzjoni utli li jkopru l-aspetti kollha biex tittrasloka ruħek b'suċċess lejn l-Awstrija, il-fuljett għandu jinqara minn kull min jikkunsidra li jmur jgħix f'dan il-pajjiż.