Maciej l-ewwel tħarreġ bħala tekniku tal-mekkanika fit-Technical High School ta’ Wieruszow, il-Polonja, qabel ma beda jsegwi l-passjoni tiegħu għall-ikel b’kors professjonali fit-tisjir fil-Cracow School of Restaurateurs.
Wara li ggradwa mill-kors tat-tisjir tiegħu, hu ddeċieda li jsegwi t-tieni passjoni tiegħu għall-ivvjaġġar u żar ir-Renju Unit. Wara żmien qasir jadem fil-kostruzzjoni, hu sab impjieg fl-industrija tar-ristoranti u fi żmien tliet snin ħadem sakemm laħaq Head Chef.
Madankollu, il-ħajja f’Londra ma kinitx dik li kien qed jittama li jsib. Wara li ma bediex iħossu kuntent fil-pożizzjoni attwali tiegħu, u wara li beda jesperjenza s-solitudni li ħafna espatrijati jispiċċaw iħossu, Maciej iddeċieda li xtaq jingħaqad mal-qraba tiegħu fl-Italja. Madankollu, mingħajr ebda esperjenza fil-kċina, fil-lingwa jew fil-kultura Taljana, beda jaħseb li l-ħolma tiegħu ma kinitx possibbli.
Imbagħad, eżatt meta beda jaħseb li ma kienx fadal tama, iltaqa’ mal-Konsulent tal-EURES, Stefania Garofalo. Meta semgħet bis-sitwazzjoni tiegħu, Stefania ħasbet li l-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek (YFEJ) kienet is-soluzzjoni ideali. L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek hi skema tal-mobilità fix-xogħol biex tgħin lil żagħżagħ Ewropej, li għandhom bejn it-18 u t-30 sena, isibu xogħol f’pajjiżi oħra tal-UE.
Waqt li tkellem dwar l-interazzjoni tiegħu mal-EURES, Maciej qal, “Stefania Garofalo genitni nsib traineeship u kors tal-lingwa. Baqgħet f’kuntatt miegħi f’kull parti tal-proċess.”
Stefania ħarrġet u għenet lil Maciej, fejn għenitu jinkiteb mal-YFEJ, u sabitlu pożizzjoni xierqa ta’ trainee fil-Grigal tal-Italja fir-reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia, ma’ ristorant Taljan li dejjem ikollu n-nies iżda li jilqgħek fiċ-ċentru ta’ Pordenone, “Alla Catina”.
Maciej għall-bidu kien qed jinkwieta dwar l-ostaklu tal-lingwa, speċjalment fuq il-post tax-xogħol iżda qed isib li mhijiex daqshekk problema.
Fir-ristorant “Alla Catina” hemm ħafna żagħżagħ li jafu jitkellmu bl-Ingliż iżda anki ħafna kelliema nattivi tat-Taljan, li tagħti ħafna motivazzjoni u għenitni nitgħallem din il-lingwa” żied jgħid.
Maciej qed jintegra ruħu sew fil-ħajja l-ġdida tiegħu fil-Grigal tal-Italja, u diġà xtara karozza biex idur minn post għal ieħor b’mod aktar faċli.
Waqt li tkellem dwar l-esperjenza tiegħu mal-YFEJ, Maciej qal, “L-esperjenza tiegħi mal-EURES kienet tajba ħafna mill-bidu nett. Jien naħseb li l-EURES joffri opportunità enormi liż-żagħżagħ li jixtiequ jesploraw pajiż Ewropew u li jixtiequ jiksbu l-esperjenzi u l-ħiliet li għandhom bżonn.”
Jekk tixtieq titgħallem iktar dwar l-EURES jew l-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek, sir af aktar hawnhekk!
Links relatati:
Il-programm L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek (YFEJ)
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Settembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles