Wara l-ewwel edizzjoni ta’ suċċess is-sena l-oħra, Novembru ser jara r-ritorn tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tal-Kummissjoni Ewropea, li tinkludi konferenzi, jiem għall-pubbliku, kompetizzjonijiet u aktar.
L-għan ta’ dan l-avveniment, li ser iseħħ fi Brussell bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru, hu li juri s-saħħa tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u kif dan jista’ jwassal għal integrazzjoni aħjar, żieda fil-fiduċja u karriera li tagħti aktar sodisfazzjon.
Permezz ta’ serje ta’ attivitajiet fl-UE u fil-pajjiżi sħab fil-ġimgħat li jwasslu għall-avveniment prinċipali, il-parteċipanti jistgħu jitkellmu ma’ esperti dwar korsijiet imfassla apposta, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, traineeships, apprendistati u taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li jamalgamaw it-teorija u l-prattika u li jippermettulhom jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.
L-attivitajiet tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tas-sena l-oħra inkludew il-kompetizzjoni EuroSkills f’Gothenburg, l-Iżvezja, li fiha persuni ta’ taħt il-25 sena ħadu sehem f’kompiti prattiċi relatati mat-trasport u l-loġistika, mal-manifattura u l-inġinerija, mat-teknoloġija tal-kostruzzjoni u tal-bini, mal-arti kreattiva u l-moda, u mal-IT u l-komunikazzjonijiet.
U Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, organizza kompetizzjoni tal-fotografija online. Oqgħod attent għal aktar dettalji dwar il-programm ta’ din is-sena.
Studenti, ġenituri, kumpaniji, organizzazzjonijiet tan-negozju, sħab soċjali, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, assoċjazzjonijiet professjonali, konsulenti tal-karrieri, awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà inġenerali huma kollha mistiedna li jinvolvu ruħhom.
It-taħriġ vokazzjonali jiftaħ bibien fi kwalunkwe numru ta’ oqsma, mix-xjenza u l-inġinerija għall-kura tas-saħħa u l-finanzji, kemm fl-oqsma privati kif ukoll fl-oqsma pubbliċi. Hu joffri opportunitajiet għal persuni ta’ kull età, fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħmilhom aktar impjegabbli, filwaqt li jippreparahom għal xogħlijiet madwar id-dinja kollha. It-tagħlim tul il-ħajja wkoll itejjeb l-inklużjoni soċjali, id-diversità u ċ-ċittadinanza attiva.
Links relatati:
Sit web tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tal-UE
Sit web tal-kompetizzjoni EuroSkills
Sit web ta’ CEDEFOP, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
X’inhu l-ETV u għaliex jenħtieġ li jinteressani?
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi taʼ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 4 Ottubru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Żgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles