Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 26 Settembru 2017
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

5 pariri sabiex tissimplifika s-CV tiegħek

CVs. Curriculum vitaes. Résumés. Mhuwiex importanti x'issejħilhom, għandhom skop wieħed ċar: li jippromwovu lilek, l-għarfien tiegħek u l-ħiliet tiegħek – u jikkonvinċu lil reklutatur li inti ta' min tkun intervistat/a. Hemm ħafna ideoloġiji dwar x'jagħmel CV perfetta, liema informazzjoni għandek tinkludi, kif għandha tkun l-istruttura... minflok nitkellmu dwar affarijiet li diġà hemm ħafna informazzjoni dwarhom qegħdin nagħtu ħarsa lejn temi aktar ġenerali sabiex jgħinuk tissimplifika dak li għandek.

5 tips for streamlining your CV
EURES

Agħmilha qasira u sempliċi

Kemm jekk qed tapplika għal apprendistat kif ukoll għal traineeship jew impjieg, is-CV tiegħek aktarx se jkollha ħafna kompetizzjoni. L-aħħar ħaġa li tkun trid hija li reklutatur imħabbat iqalleb biss l-ewwel ftit paġni tat-tmien paġni magħmulin b'reqqa tas-CV tiegħek jew, l-agħar ħaġa, li jwarrabha kompletament minħabba t-tul tagħha. Żommha qasira u rilevanti – żewġ paġni normalment huma meqjusin bħala t-tul ideali – u kun ċert li r-reklutaturi għandhom aċċess faċli għall-informazzjoni l-aktar importanti kollha dwarek u l-esperjenza tiegħek.

Agħmilha rilevanti

Staqsi lilek innifsek: dan ir-reklutatur x'jeħtieġ li jkun jaf? Wisq probabbli dan huwa differenti mill-aħħar reklutatur, għalhekk ċaqlaq l-affarijiet, neħħi xi affarijiet u inkludi biss dak li huwa importanti. U ftakar li filwaqt li l-fatt li tħobb issajjar u tisma' l-mużika huwa importanti għalik, sakemm mhux qed tapplika għal impjieg fil-catering jew l-industrija tal-mużika, probabbilment mhuwiex xi ħaġa li r-reklutatur huwa interessat fiha! Aħjar dak l-ispazju prezzjuż jintuża għal xi ħaġa li se tkun evidenza tal-adegwatezza tiegħek għall-pożizzjoni offruta.

Kun kunfidenti, iżda realistiku

Li tippromwovi lilek innifsek jista' jkun bilanċ diffiċli – jekk tagħmilha wisq tista' tidher arroganti, b'kisbiet mhux realistiċi li jistgħu jidhru foloz għar-reklutatur. Wisq ftit u tirriskja li ma tispikkax u li tkun sempliċiment CV f'sensiela twila ta' CVs oħrajn. Kun żgur li dak li tikteb jippromwovi l-ħiliet u l-esperjenza tiegħek, iżda huwa wkoll realistiku u jista' jkun ipprovat f'intervista.

Iffoka fuq dak li ksibt, mhux biss dak li għamilt

Jista' jkun faċli li taqa' fin-nasba li sempliċiment telenka l-esperjenza tiegħek, mingħajr ebda kuntest jew riżultati reali. L-esperjenza hija importanti, iżda ma tgħid xejn lir-reklutatur dwar dak li fil-fatt ksibt jew il-kontributi li għamilt. Jekk kont involut/a biex tattira negozju ġdid għal kumpanija liema benefiċċji ġab miegħu dan? Jekk ipparteċipajt f'kors ta' taħriġ x'impatt kellu? L-inklużjoni ta' dan it-tip ta' informazzjoni turi lir-reklutatur il-valur miżjud li tista' ġġib.

Adatta, adatta, adatta

Bħala reklutatur m'hemm xejn aktar fastidjuż milli taqra kif inti minn dejjem xtaqt taħdem fl-industrija tal-karozzi... meta tkun qed tapplika għal pożizzjoni f'kumpanija farmaċewtika. Kun żgur li tindirizza dak li l-avviż għall-impjieg qiegħed ifittex u li tadatta s-CV tiegħek kif xieraq!

Awguri bis-simplifikazzjoni tas-CV tiegħek u jekk qed tfittex għal xi pariri tajbin dwar kif tikteb l-ittra ta' introduzzjoni perfetta jew kif tmur tajjeb ħafna f'intervista, ħalli f'idejna!

 

Links relatati:

kif tikteb l-ittra ta' introduzzjoni perfetta

kif tmur tajjeb ħafna f'intervista

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.