Spiss, kull ma trid biex tgħaddi mit-teorija għall-prattika, hi narrattiva sempliċi, iżda realistika - fil-forma ta’ storja ta’ suċċess personali. Tista’ tingħata spinta biex tagħmel pass lejn bidla kbira fil-ħajja meta diġà jkollok evidenza li xi mkien, xi ħadd ieħor diġà għadda minn perkors simili, jekk mhux mill-istess wieħed. Reċentement staqsejna lil Pawel dwar l-esperjenza tiegħu, il-pożizzjoni l-ġdida tiegħu ma’ Skoda Auto u l-ħajja l-ġdida tiegħu fir-Repubblika Ċeka.
X’inhu l-qofol ta’ dan kollu?
L-inizjattiva bl-isem “Appoġġ Ewropew għall-mobilità fix-xogħol: intejbu l-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa permezz tal-EURES fost ir-residenti tar-Reġjun Silesian t’Isfel fil-Polonja” hi appoġġjata mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u hi implimentata minn EURES Poland.
Il-proġett huwa mmirat b’mod esklussiv lejn il-persuni li qegħdin ifittxu impjieg li għandhom aktar minn 30 sena, li joriġinaw mir-Reġjun tas-Silesia t’Isfel tal-Polonja. Dawk li huma lesti jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE u li ġew approvati, huma intitolati li jirċievu għajnuna finanzjarja biex jappoġġjaw il-proċess tar-rilokazzjoni tagħhom.
Kif taħdem?
Lista twila ta’ impjegaturi Ewropej, l-aktar mill-Ġermanja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Ċeka, diġà ssieħbu mal-proġett fit-tfittxija tagħhom għal impjegati mħarrġa. L-EURES qed jgħinhom jirreġistraw l-offerti ta’ impjieg u jqabblu l-kandidati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-reklutaġġ li primarjament huma żewġ kompiti ewlenin tal-proċess kollu.
Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-persuni li jfittxu impjieg, it-tim tal-EURES Polonja qed jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ servizzi mfassla apposta. Meta l-mira tkun grupp partikolari ta’ nies li għandhom aktar minn 30 sena, it-tim jipprovdi dik id-daqsxejn għajnuna żejda. Pawel jikkummenta li ipotetikament, attivitajiet sempliċi bħal li jsib l-offerta t-tajba, li jittraduċi s-CV tiegħu jew li jkollu intervista f’lingwa barranija għall-ewwel deherlu li jeħtieġu sforz kbir wisq għalih. “Permezz tal-parteċipazzjoni tiegħi fil-proġett, is-CV tiegħi ġiet tradotta, attendejt kors ta’ lingwa u rċevejt attenzjoni kostanti mill-konsulenti. Kienu lesti li jintervjenu f’kull ħin fil-każ ta’ diffikultajiet bl-akkomodazzjoni jew bix-xogħol”, qal Pawel.
Storja personali, irrakkuntata personalment
Illum il-ġurnata, Pawel qed jaħdem bħala professjonist tal-loġistika ma’ Skoda. Hu jirrakkonta li l-aktar kapaċitajiet prezzjużi li kiseb bħala professjonist mill-esperjenza tar-reklutaġġ tiegħu huma d-determinazzjoni u l-paċenzja. “Li tkun taf li mhux ser tkun waħdek tfisser ħafna”, kompla jgħid. “L-appoġġ li rċevejt mill-konsulenti kien kruċjali. Id-diffikultajiet kollha li jitfaċċaw fil-bidu jistgħu jqanqlu ċerta biża’ fik, iżda maż-żmien kollox inbidel f’esperjenza interessanti.”
Pawel xtaq ukoll iżid aneddotu simpatiku dwar il-paga tiegħu. “Illum nista’ ngħid ukoll: IVA, għal salarju li fl-aħħar nista’ ngħix bih, u GRAZZI EURES!”
Links relatati:
Ħajja u Xogħol fl-Unjoni Ewropea
Ħajja u Xogħol fir-Repubblika Ċeka
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 7 Settembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles